+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

Rekwiżiti relatati mal-merkurju applikabbli għall-proċessi ta' manifattura msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2)

Parti I:   L-użu pprojbit ta' merkurju jew komposti tal-merkurju, sew f'forma pura u sew f'taħlitiet, fil-proċessi tal-manifattura

(a) 

mill-1 ta' Jannar 2018: proċessi tal-manifattura li fihom il-komposti tal-merkurju jintużaw bħala katalist;

(b) 

b'deroga mill-punt (a), il-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil għandha tiġipprojbita mill-1 ta' Jannar 2022;

(c) 

mill-1 ta' Jannar 2022: proċessi tal-manifattura li fihom l-merkurju jintuża bħala elettrodu;

(d) 

b'deroga mill-punt (c), mill-11 ta' Diċembru 2017: produzzjoni tal-kloroalkali li fiha l-merkurju jintuża bħala elettrodu;

(e) 

b'deroga mill-punt (c), il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju għandha tiġi pprojbita mill-1 ta' Jannar 2028;

(f) 

mill-1 ta' Jannar 2018: il-produzzjoni tal-poliuretan, sal-punt li ma tkunx diġà ristretta jew ipprojbita skont l-entrata 62 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Parti II:   Il-proċessi ta' manifattura soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-użu u r-rilaxx ta' merkurju u komposti tal-merkurju

Il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju

Il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju għandha ssir skont il-punt (e) tal-Parti I u soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ebda użu ta' merkurju minn estrazzjoni primarja;

(b) 

it-tnaqqis b'50 %, sal-2020, tar-rilaxx dirett u indirett tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fl-arja, fl-ilma u fl-art, f'termini ta' produzzjoni għal kull unità, meta mqabbla mal-2010;

(c) 

is-sostenn tar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward tal-proċessi ħielsa mill-merkurju; u

(d) 

mit-13 ta' Ġunju 2017, il-kapaċità ta' installazzjonijiet li jużaw il-merkurju u l-komposti tal-merkurju għall-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju li kienu joperaw qabel dik id-data, ma għandhiex tiżdied u ma għandha tkun permessal-ebda installazzjoni ġdida.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.