|
+ANNESS IV |
ANNESS IV
ANNESS IV Kontenut tal-pjan nazzjonali dwar l-estrazzjoni u l-ipproċessar tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira msemmija fl-Artikolu 9 Il-pjan nazzjonali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-objettivi nazzjonali u l-miri ta' tnaqqis biex jiġi eliminat l-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju;
(b)
azzjonijiet maħsuba biex jeliminaw:
(i)
amalgamazzjoni sħiħa tal-minerali;
(ii)
ħruq fil-miftuħ ta' amalgama jew amalgama pproċessata;
(iii)
ħruq ta' amalgama f'żoni residenzjali; u
(iv)
lissija ta' ċjanur f'sediment, minerali jew irmied tat-tlissija li magħhom ikun żdied il-merkurju mingħajr ma l-ewwel jitneħħa l-merkurju;
(c)
passi għall-iffaċilitar tal-formalizzazzjoni jew tar-regolamentazzjoni tas-settur tal-estrazzjoni u l-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali;
(d)
stimi bażiċi tal-kwantitajiet ta' merkurju użat u l-prattiki użati fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;
(e)
strateġiji għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tar-rilaxxi tal-merkurju, u tal-esponiment għalih, fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali, inklużi metodi mingħajr merkurju;
(f)
strateġiji għall-ġestjoni tal-kummerċ u l-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju kemm minn sorsi domestiċi kif ukoll minn sorsi barranin għall-użu fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali;
(g)
strateġiji għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp kontinwu tal-pjan nazzjonali;
(h)
strateġija tas-saħħa pubblika dwar l-esponiment għall-merkurju ta' minaturi li jaħdmu fil-minjieri tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira u l-komunitajiet tagħhom, li għandha tinkludi, inter alia, il-ġbir ta' data dwar is-saħħa, it-taħriġ għal ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sensibilizzazzjoni permezz ta' faċilitajiet tas-saħħa;
(i)
strateġiji għall-prevenzjoni tal-esponiment ta' popolazzjonijiet vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u n-nisa ta' età li jista' jkollhom it-tfal, speċjalment nisa tqal, għall-merkurju użat fl-estrazzjoni u l-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali;
(j)
strateġiji għall-għoti ta' informazzjoni lill-minaturi li jaħdmu fil-minjieri tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali u lill-komunitajiet milquta; u
(k)
skeda għall-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|