+Artikolu 3 Obbligi ġenerali tal-fornituri
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.

Artikolu 3 Obbligi ġenerali tal-fornituri

Obbligi ġenerali tal-fornituri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
Il-fornitur għandu jiżgura li l-prodotti li jitqiegħdu fis-suq jiġu akkumpanjati, għal kull unità individwali, mingħajr ħlas, b'tikketti stampati preċiżi u bi skedi informattivi dwar il-prodott f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati rilevanti.

Bħala alternattiva għall-forniment mal-prodott tal-iskeda informattiva dwar il-prodott ikunu ddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti, l-atti delegati msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 16(3) jistgħu jipprevedu li jkun biżżejjed li l-fornitur idaħħal il-parametri ta' din l-iskeda informattiva dwar il-prodott fil-bażi tad-data tal-prodotti. F'dan il-każ, il-fornitur għandu jipprovdi l-iskeda informattiva dwar il-prodott f'forma stampata lin-negozjant, fuq talba.

L-atti delegati jistgħu jipprevedu li t-tikketta tiġi stampata fuq l-imballaġġ tal-prodott.

Artikolu 3 2.
Il-fornitur għandu jqassam it-tikketti stampati, inkluż it-tikketti riklassifikati f'konformità mal-Artikolu 11(13), u l-iskedi informattivi dwar il-prodott, lin-negozjant, mingħajr ħlas, minnufih u f'kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma fuq talba min-negozjant.
Artikolu 3 3.
Il-fornitur għandu jiżgura li t-tikketti u l-iskedi informattivi dwar il-prodott li jipprovdi jkunu preċiżi, u għandu jipproduċi dokumentazzjoni teknika suffiċjenti biex tkun tista' tiġi vvalutata l-preċiżjoni.
Artikolu 3 4.
Ladarba unità ta' mudell tkun fis-servizz, il-fornitur għandu jitlob il-kunsens espliċitu tal-klijent rigward kwalunkwe bidla maħsuba li tiġi introdotta lill-unità permezz ta' aġġornamenti li jistgħu jkunu ta' detriment għall-parametri tat-tikketta dwar l-effiċjenza enerġetika għal dik l-unità, kif stabbilit ma fl-att delegat rilevanti. Il-fornitur għandu jgħarraf lill-klijent dwar l-objettiv tal-aġġornament u tal-bidliet fil-parametri, inkluż dwar kwalunkwe bidla fil-klassi tat-tikketta. Għal perijodu proporzjonat skont il-medja tat-tul tal-ħajja tal-prodott, il-fornitur għandu jagħti l-għażla lill-klijent li jirrifjuta l-aġġornament mingħajr telf ta' funzjonalità li seta' jiġi evitat.
Artikolu 3 5.
Il-fornitur ma għandux iqiegħed fis-suq prodotti li ġew iddisinjati b'tali mod li l-prestazzjoni ta' mudell tinbidel awtomatikament f'kondizzjonijiet ta' ttestjar bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikati fl-att delegat rilevanti jew inkluż fi kwalunkwe dokument ipprovdut mal-prodott.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.