+Artikolu 9 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li jippreżentaw riskju
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
|
Artikolu 9 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li jippreżentaw riskju
Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li jippreżentaw riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li prodott kopert b' dan ir-Regolament ikun ta' riskju għall-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku koperti b'dan ir-Regolament, bħal aspetti tal-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni relatata mal-prodott ikkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha tat-tikkettar tal-enerġija rilevanti għar-riskju u stipulati f'dan ir-Regolament jew fl-att delegat rilevanti. Il-fornituri u n-negozjanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-fini ta' dik l-evalwazzjoni.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fl-att delegat rilevanti, huma għandhom mingħajr dewmien jitolbu lill-fornitur, jew fejn xieraq, lin-negozjant, biex jieħu l-azzjonijiet korrettivi adatti kollha biex il-prodott isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq jirtiraw il-prodott mis-suq, jew, fejn xieraq, jsejħuh lura f'perijodu raġonevoli ta' żmien, li jikkorrispondi man-natura tar-riskju kif jista' jkun preskritt minnhom. L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jikkunsidraw li każ ta' nonkonformità kif imsemmi fil-paragrafu 2 mhux ristrett għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjoni li huma jkunu talbu lill-fornitur jew lin-negozjant biex jieħu.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Il-fornitur jew, fejn xieraq, in-negozjant għandu jiżgura li tittieħdet kull azzjoni korrettiva jew restrittiva adatta f'konformità mal-paragrafu 2 fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kollha li huwa jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq madwar l-Unjoni.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Meta l-fornitur jew, fejn xieraq, in-negozjant ma jiħux l-azzjoni korrettiva adegwata fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji adatti kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-prodott fis-suq nazzjonali tagħhom, jirtiraw il-prodott minn dak is-suq jew isejħuh lura.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien b'il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 5. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b' mod partikolari:
(a)
id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott nonkonformi;
(c)
in-natura tan-nonkonformità allegata u r-riskju involut;
(d)
in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-fornitur, jew, fejn xieraq, in-negozjant.
B'mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nonkonformità hix ġejja min-nuqqas tal-prodott li jilħaq ir-rekwiżiti relatati mal-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku stabbiliti f'dan ir-Regolament jew minħabba nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13 li jagħtu preżunzjoni ta' konformità.
|
|
Artikolu 9 7.
|
L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li jibda l-proċedura għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nonkonformità tal-prodott ikkonċernat, u, f'każ li jkun hemm nuqqas ta' qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, tal-oġġezzjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 9 8.
|
Meta, fi żmien 60 jum mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata.
|
|
Artikolu 9 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, mingħajr dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|