+Artikolu 10 Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.

Artikolu 10 Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Meta, kif titlesta l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 9(4) u (5), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-fornitur jew, fejn xieraq, lin-negozjant, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali.

Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi permezz ta' att ta' implimentazzjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le u tista' tissuġġerixxi miżura alternattiva adatta. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 10 2.
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha immedjatament tikkomunikaha lilhom u lill-fornitur jew lin-negozjant ikkonċernat.
Artikolu 10 3.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott nonkonformi jiġi irtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif adatt. Jekk il-miżura nazzjonali titqies bħala mhux ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
Artikolu 10 4.
Meta l-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata u n-nonkonformità tal-prodott tkun attribwita għan-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 9(6) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Artikolu 10 5.
Il-miżuri korrettivi jew restrittivi skont l-Artikolu 9(2), (4), (5) jew (9), jew l-Artikolu 10(3) għandhom jiġu estiżi għall-unitajiet kollha ta' mudell nonkonformi u l-mudelli ekwivalenti tiegħu, ħlief dawk l-unitajiet li għalihom il-fornitur juri li huma konformi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.