|
+Artikolu 11 5. |
Artikolu 11 5.B'deroga mill-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha:
(a)
tippreżenta analiżi għall-gruppi ta' prodotti koperti mir-Regolamenti ta' Delega (UE) Nru 811/2013, (UE) Nru 812/2013 u (UE) 2015/1187 sat-2 ta' Awwissu 2025 bil-ħsieb li tirriklassifikahom, u, fejn xieraq, għandha, sat-2 ta' Awwissu 2026, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti riklassifikati A sa G. Fi kwalunkwe każ, l-atti delegati li jintroduċu tikketti riklassifikati A sa G għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard mit-2 ta' Awwissu 2030.
(b)
tadotta, sat-2 ta' Novembru 2018, atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti riklassifikati A sa G għall-gruppi ta' prodotti koperti mir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 ( 5 ), (UE) Nru 1060/2010 ( 6 ), (UE) Nru 1061/2010 ( 7 ), (UE) Nru 1062/2010 ( 8 ) u (UE) Nru 874/2012 ( 9 ) u d-Direttiva 96/60/KE, bil-għan li t-tikketta riklassifikata tkun esposta kemm fil-ħwienet kif ukoll online, 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|