+Artikolu 11 Proċedura għall-introduzzjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.
---+Artikolu 11 11.
---+Artikolu 11 12.
---+Artikolu 11 13.
|
Artikolu 11 Proċedura għall-introduzzjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti
Proċedura għall-introduzzjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Fir-rigward tal-gruppi ta' prodotti msemmija fil-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni għandha tirriklassifika t-tikketti li kienu fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2017 soġġett għall-paragrafi 4 u 5 u l-paragrafi 8 sa 12. B'deroga mir-rekwiżit li jinkiseb iffrankar sinifikanti tal-enerġija u tal-ispejjeż stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 16(3), fejn ir-riklassifikazzjoni ma tistax tikseb tali ffrankar, hija għandha tiżgura tal-inqas skala omoġena A sa G.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Fejn ma teżistix tikketta għal grupp ta' prodotti fl-1 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni tista', soġġett għall-paragrafi 8 sa 12, tintroduċi tikketti.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Il-Kummissjoni tista' terġa' tirriklassifika t-tikketti li ġew riklassifikati f'konformità mal-paragrafu 1 jew introdotti f'konformità mal-paragrafu 2 fejn ikunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet taħt il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 6, u soġġett għall-paragrafi 8 sa 12.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Sabiex tiġi żgurata skala omoġena A sa G, il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-2 ta' Awwissu 2023, atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti riklassifikati A sa G għal gruppi ta' prodotti koperti bl-atti delegati adottati skont id-Direttiva 2010/30/UE, bil-għan li t-tikketta riklassifikata tintwera kemm fil-ħwienet kif ukoll online, 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Meta tiddetermina l-ordni tal-gruppi ta' prodotti li għandhom jiġu riklassifikati, il-Kummissjoni għandha tqis il-proporzjon ta' prodotti fl-ogħla klassijiet.
|
|
Artikolu 11 5.
|
B'deroga mill-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha:
(a)
tippreżenta analiżi għall-gruppi ta' prodotti koperti mir-Regolamenti ta' Delega (UE) Nru 811/2013, (UE) Nru 812/2013 u (UE) 2015/1187 sat-2 ta' Awwissu 2025 bil-ħsieb li tirriklassifikahom, u, fejn xieraq, għandha, sat-2 ta' Awwissu 2026, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti riklassifikati A sa G.
Fi kwalunkwe każ, l-atti delegati li jintroduċu tikketti riklassifikati A sa G għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard mit-2 ta' Awwissu 2030.
(b)
tadotta, sat-2 ta' Novembru 2018, atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti riklassifikati A sa G għall-gruppi ta' prodotti koperti mir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (
5
), (UE) Nru 1060/2010 (
6
), (UE) Nru 1061/2010 (
7
), (UE) Nru 1062/2010 (
8
) u (UE) Nru 874/2012 (
9
) u d-Direttiva 96/60/KE, bil-għan li t-tikketta riklassifikata tkun esposta kemm fil-ħwienet kif ukoll online, 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Fir-rigward tal-prodotti li għalihom il-Kummissjoni tista' terġa' tirriklassifika t-tikketti f'konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina t-tikketta bil-ħsieb li tirriklassifikaha jekk tqis li:
(a)
30 % tal-unitajiet tal-mudelli li jappartjenu għal grupp ta' prodotti li jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni jaqgħu taħt l-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika A u jista' jkun mistenni aktar żvilupp teknoloġiku; jew
(b)
50 % tal-unitajiet tal-mudelli li jappartjenu għal grupp ta' prodotti li jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni jaqgħu taħt l-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A u B u jista' jkun mistenni aktar żvilupp teknoloġiku.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel studju analitiku jekk tkun qieset li ntlaħqu l-kondizzjonijiet tal-punt (a) jew (b)tal-paragrafu 6. Jekk, għal grupp speċifiku ta' prodotti, dawk il-kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti fi żmien tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat rilevanti, il-Kummissjoni għandha tidentifika liema ostakli, jekk ikun hemm, żammew it-tikketta lura milli taqdi r-rwol tagħha. Fil-każ ta' tikketti ġodda hija għandha tagħmel studju preparatorju bbażat fuq il-lista indikattiva ta' gruppi ta' prodotti stabbiliti fil-pjan ta' ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-istudju analitiku tagħha, tippreżenta r-riżultati u, fejn xieraq, abbozz ta' att delegat lill-Forum Konsultattiv fi żmien 36 xahar minn meta l-Kummissjoni tkun stmat li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 6. Il-Forum Konsultattiv għandu jiddiskuti l-istima u l-istudju analitiku.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Meta tikketta tiġi introdotta jew riklassifikata, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ebda prodott ma jkun mistenni li jaqa' fil-klassi tal-effiċjenza enerġetika A fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta u li ż-żmien meqjus li matulu l-maġġoranza tal-mudelli jaqgħu f'dik il-klassi ikun tal-anqas 10 snin wara.
|
|
Artikolu 11 9.
|
B'deroga mill-paragrafu 8, fejn it-teknoloġija tkun mistennija tiżviluppa aktar malajr, ir-rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li l-ebda prodott ma jkun mistenni li jaqa' fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A u B fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta.
|
|
Artikolu 11 10.
|
Fejn, f'każ ta' grupp ta' prodotti partikolari, ma jibqax permess li jitqiegħdu fis-suq jew li jitqiegħdu fis-servizz mudelli fil-klassi tal-effiċjenza enerġetika E, F jew G minħabba miżura ta' implimentazzjoni tal-Ekodisinn adottata skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-klassi jew klassijiet inkwistjoni għandhom jintwerew bil-griż fuq it-tikketta kif speċifikat fl-att delegat rilevanti. It-tikketta bil-klassijiet griżi għandha tapplika biss għall-unitajiet ta' prodotti ġodda li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz.
|
|
Artikolu 11 11.
|
Fejn, għal raġunijiet tekniċi, ikun impossibbli li jiġu definiti seba' klassijiet tal-effiċjenza enerġetika li jikkorrispondu għal iffrankar sinifikanti ta' enerġija u spejjeż mill-perspettiva tal-klijent, it-tikketta, permezz ta' deroga mill-punt 14 tal-Artikolu 2, jista' jkun fiha inqas klassijiet. F'każijiet bħal dawn, l-ispettru aħdar skur sal-aħmar tat-tikketta għandu jinżamm.
|
|
Artikolu 11 12.
|
Il-Kummissjoni għandha teżerċita s-setgħat u l-obbligi mogħtija lilha b'dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu 16.
|
|
Artikolu 11 13.
|
Meta, skont il-paragrafu 1 jew 3, tiġi riklassifikata tikketta:
(a)
il-fornitur għandu, meta jqiegħed prodott fis-suq, jipprovdi kemm it-tikketti eżistenti kif ukoll dawk riklassifikati u l-iskedi informattivi dwar il-prodott lin-negozjant għal perijodu li jibda erba' xhur qabel id-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tintwera t-tikketta riklassifikata.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, jekk it-tikketta eżistenti u dik riklassifikata jeħtieġu ttestjar differenti tal-mudell, il-fornitur jista' jagħżel li ma jfornix it-tikketta eżistenti mal-unitajiet tal-mudelli li tqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz matul il-perijodu ta' erba' xhur qabel id-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata, jekk l-ebda unità tal-istess mudell jew il-mudelli ekwivalenti ma tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz qabel il-bidu tal-perijodu ta' erba' xhur. F'dak il-każ, in-negozjant m'għandux joffri dawk l-unitajiet għall-bejgħ qabel dik id-data. Il-fornitur għandu jinnotifika lin-negozjant ikkonċernat b'din il-konsegwenza mill-aktar fis possibbli, inkluż meta jinkludi tali unitajiet fl-offerti tiegħu lin-negozjanti.
(b)
il-fornitur għandu, għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel il-perijodu ta' erba' xhur, iqassam it-tikketta riklassifikata fuq talba min-negozjant f'konformità mal-Artikolu 3(2) mill-bidu ta' dak il-perijodu. Għal tali prodotti, in-negozjant għandu jikseb tikketta riklassifikata f'konformità mal-Artikolu 5(2).
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt:
(i)
negozjant li ma jistax jikseb tikketta riklassifikata f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għall-unitajiet li diġà jinsabu fl-istokk tagħhom, għaliex il-fornitur ikun waqqaf l-attivitajiet tiegħu, għandu jkun jista' jbiegħ dawk l-unitajiet esklużivament bit-tikketta mhux riklassifikata sa disa' xhur wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tintwera t-tikketta riklassifikata; jew
(ii)
jekk it-tikketta mhux riklassifikata u dik riklassifikata jeħtieġu ttestjar differenti tal-mudell, il-fornitur huwa eżentat mill-obbligu li jforni tikketta riklassifikata għall-unitajiet li tqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel il-perijodu ta' erba' xhur, jekk l-ebda unità tal-istess mudell jew mudelli ekwivalenti ma tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz wara l-bidu tal-perijodu ta' erba' xhur. F'dak il-każ, in-negozjant għandu jkun jista' jbiegħ dawk l-unitajiet esklużivament bit-tikketta mhux riklassifikata sa disa' xhur wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata.
(c)
in-negozjant għandu jissostitwixxi t-tikketti eżistenti fuq il-prodotti esposti, kemm fil-ħwienet kif ukoll online, bit-tikketti riklassifikati fi żmien 14-il jum ta' ħidma wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata. In-negozjant m'għandux jesponi t-tikketti riklassifikati qabel dik id-data.
B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, l-atti delegati msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 16(3) jistgħu jipprevedu regoli speċifiċi għat-tikketti tal-enerġija stampati fuq l-imballaġġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|