+Artikolu 11 13.

Artikolu 11 13.

Meta, skont il-paragrafu 1 jew 3, tiġi riklassifikata tikketta:

(a) 

il-fornitur għandu, meta jqiegħed prodott fis-suq, jipprovdi kemm it-tikketti eżistenti kif ukoll dawk riklassifikati u l-iskedi informattivi dwar il-prodott lin-negozjant għal perijodu li jibda erba' xhur qabel id-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tintwera t-tikketta riklassifikata.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, jekk it-tikketta eżistenti u dik riklassifikata jeħtieġu ttestjar differenti tal-mudell, il-fornitur jista' jagħżel li ma jfornix it-tikketta eżistenti mal-unitajiet tal-mudelli li tqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz matul il-perijodu ta' erba' xhur qabel id-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata, jekk l-ebda unità tal-istess mudell jew il-mudelli ekwivalenti ma tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz qabel il-bidu tal-perijodu ta' erba' xhur. F'dak il-każ, in-negozjant m'għandux joffri dawk l-unitajiet għall-bejgħ qabel dik id-data. Il-fornitur għandu jinnotifika lin-negozjant ikkonċernat b'din il-konsegwenza mill-aktar fis possibbli, inkluż meta jinkludi tali unitajiet fl-offerti tiegħu lin-negozjanti.

(b) 

il-fornitur għandu, għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel il-perijodu ta' erba' xhur, iqassam it-tikketta riklassifikata fuq talba min-negozjant f'konformità mal-Artikolu 3(2) mill-bidu ta' dak il-perijodu. Għal tali prodotti, in-negozjant għandu jikseb tikketta riklassifikata f'konformità mal-Artikolu 5(2).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt:

(i) 

negozjant li ma jistax jikseb tikketta riklassifikata f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għall-unitajiet li diġà jinsabu fl-istokk tagħhom, għaliex il-fornitur ikun waqqaf l-attivitajiet tiegħu, għandu jkun jista' jbiegħ dawk l-unitajiet esklużivament bit-tikketta mhux riklassifikata sa disa' xhur wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tintwera t-tikketta riklassifikata; jew

(ii) 

jekk it-tikketta mhux riklassifikata u dik riklassifikata jeħtieġu ttestjar differenti tal-mudell, il-fornitur huwa eżentat mill-obbligu li jforni tikketta riklassifikata għall-unitajiet li tqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel il-perijodu ta' erba' xhur, jekk l-ebda unità tal-istess mudell jew mudelli ekwivalenti ma tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz wara l-bidu tal-perijodu ta' erba' xhur. F'dak il-każ, in-negozjant għandu jkun jista' jbiegħ dawk l-unitajiet esklużivament bit-tikketta mhux riklassifikata sa disa' xhur wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata.

(c) 

in-negozjant għandu jissostitwixxi t-tikketti eżistenti fuq il-prodotti esposti, kemm fil-ħwienet kif ukoll online, bit-tikketti riklassifikati fi żmien 14-il jum ta' ħidma wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata. In-negozjant m'għandux jesponi t-tikketti riklassifikati qabel dik id-data.

B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, l-atti delegati msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 16(3) jistgħu jipprevedu regoli speċifiċi għat-tikketti tal-enerġija stampati fuq l-imballaġġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.