+Artikolu 20 Tħassir u miżuri transizzjonali
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.

Artikolu 20 Tħassir u miżuri transizzjonali

Tħassir u miżuri transizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Id-Direttiva 2010/30/UE hija mħassra b'effett mill-1 ta' Awwissu 2017.
Artikolu 20 2.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 20 3.
Għall-mudelli li unitajiet tagħhom tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz f'konformità mad-Direttiva 2010/30/UE qabel l-1 ta' Awwissu 2017, il-fornitur għandu, għal perijodu li jintemm ħames snin wara li l-aħħar unità tkun ġiet manifatturata, jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika disponibbli għal spezzjoni fi żmien 10 ijiem minn meta jirċievi talba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew mill-Kummissjoni.
Artikolu 20 4.
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE u d-Direttiva 96/60/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu mħassra b'att delegat adottat skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-grupp ta' prodotti rilvanti.

Obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom japplikaw fir-rigward ta' gruppi ta' prodotti koperti b'atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE u bid-Direttiva 96/60/KE.

Artikolu 20 5.
Fir-rigward tal-gruppi ta' prodotti diġà koperti b'atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE, jew bid-Direttiva 96/60/KE, meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, il-klassifikazzjoni tal-effiċjenza enerġetika stabbilita bid-Direttiva 2010/30/UE tista', b'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 16(3) ta' dan ir-Regolament, tkompli tapplika sad-data li fiha l-atti delegati li jintroduċu tikketti riklassifikati skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament isiru applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.