+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M3 —————

▼B

(2) 

“klijent” tfisser klijent kif definita fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(3) 

“klijent domestiku” tfisser klijent domestiku kif definita fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(4) 

“servizz soċjali essenzjali” tfisser servizz relatat ma' kura tas-saħħa, kura soċjali essenzjali, emerġenza, sigurtà, amministrazzjoni edukattiva jew pubblika;

(5) 

“klijent protett” tfisser klijent domestiku li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi dan, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, dment li intrapriżi jew servizzi msemmijin fil-punti (a) u (b) ma jirrappreżentawx flimkien aktar minn 20 % tal-konsum finali annwali totali tal-gass f'dak l-Istat Membru:

(a) 

intrapriża żgħira jew ta' daqs medju, dment li tkun konnessa ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass;

(b) 

servizz soċjali essenzjali, dment li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trasmissjoni tal-gass;

(c) 

installazzjoni tat-tisħin distrettwali sa fejn din tikkonsenja t-tisħin lill-klijenti domestiċi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jew servizzi soċjali essenzjali, dment li tali installazzjoni ma tkunx tista' taqleb għal karburanti oħrajn għajr il-gass;

(6) 

“klijent protett mis-solidarjetà” tfisser klijent domestiku li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass, u addizzjonalment jista' jinkludi waħda minn, jew it-tnejn ta', dawn li ġejjin:

(a) 

installazzjoni tat-tisħin distrettwali jekk din tkun klijent protett fl-Istat Membru rilevanti u biss sa fejn tikkonsenja t-tisħin lil unitajiet domestiċi jew lil servizzi soċjali essenzjali għajr servizzi edukattivi u ta' amministrazzjoni pubblika;

(b) 

servizz soċjali essenzjali jekk ikun klijent protett fl-Istat Membru rilevanti, għajr servizzi edukattivi u ta' amministrazzjoni pubblika;

(7) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nazzjonali nominata minn Stat Membru biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament;

(8) 

“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali nominata skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE;

(9) 

“impriża tal-gass naturali” tfisser impriża tal-gass naturali kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(10) 

“kuntratt għal forniment tal-gass” tfisser kuntratt għal forniment tal-gass kif definita fil-punt 34 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(11) 

“trasmissjoni” tfisser trasmissjoni kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(12) 

“operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser operatur tas-sistema ta' trasmissjoni kif definita fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(13) 

“distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif definita fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(14) 

“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definita fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(15) 

“interkonnettur” tfisser interkonnettur kif definita fil-punt 17 tal-Artikolu 2 tad-irettiva 2009/73/KE;

(16) 

“kurituri tal-provvista ta' emerġenza” tfisser rotot tal-provvista tal-gass tal-Unjoni li jgħinu lill-Istati Membri jtaffu aħjar l-effetti ta' interruzzjoni potenzjali tal-provvista jew tal-infrastruttura;

(17) 

“kapaċità ta' ħżin” tfisser kapaċità ta' ħżin kif definita fil-punt 28 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;

(18) 

“kapaċità teknika” tfisser kapaċità teknika kif definita fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(19) 

“kapaċità kostanti” tfisser kapaċità kostanti kif definita fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(20) 

“kapaċità interruttibbli” tfisser kapaċità interruttibbli kif definita fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(21) 

“kapaċità ta' faċilità LNG” tfisser il-kapaċità ta' faċilità LNG kif definita fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(22) 

“faċilità tal-LNG” tfisser faċilità tal-LNG kif definita fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(23) 

“faċilità tal-ħżin” tfisser faċilità tal-ħżin kif definita fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(24) 

“sistema” tfisser sistema kif definita fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(25) 

“utent tas-sistema” tfisser utent tas-sistema kif definita fil-punt 23 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(26) 

“servizzi anċillari” tfisser servizzi anċillari kif definita fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

▼M4

(27) 

“trajettorja għall-mili” tfisser serje ta’ miri intermedji indikattivi għall-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art ta’ kull Stat Membru, li jirrappreżentaw il-pjan ta’ mili ta’ dak l-Istat Membru, stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6a(7);

▼M2

(28) 

“mira tal-mili” tfisser mira vinkolanti għal-livell tal-mili tal-kapaċità aggregata tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass taħt l-art;

(29) 

“ħżin strateġiku” tfisser ħżin taħt l-art jew parti minn ħżin taħt l-art ta’ gass naturali mhux likwifikat li jinxtara, jiġi mmaniġġat u maħżun minn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, entità nnominata mill-Istati Membri jew impriża, u li jista’ jiġi rilaxxat biss wara notifika minn qabel jew awtorizzazzjoni ta' awtorità pubblika għar-rilaxx, u li jkun ġeneralment rilaxxat f'każ ta':

(a) 

skarsezza kbira fil-provvista;

(b) 

interruzzjoni fil-provvista; jew,

(c) 

id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c);

(30) 

“stokk ta' bilanċ” tfisser gass naturali mhux likwifikat li jkun:

(a) 

inxtara, ġie mmaniġġat u maħżun taħt l-art minn operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni jew minn entità nnominata mill-Istat Membru, għall-finijiet biss ta’ twettiq tal-funzjonijiet ta' operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u tas-sigurtà tal-provvista tal-gass; u

(b) 

fornut biss meta jkun meħtieġ sabiex iżomm is-sistema taħdem taħt kundizzjonijiet siguri u affidabbli f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/73/KE u mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 312/2014;

(31) 

“faċilità ta' ħżin ta' gass taħt l-art” tfisser faċilità ta' ħżin kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2009/73/KE, li tintuża bħala stokk ta' gass naturali, inkluż stokk ta' bilanċ, u li tkun konnessa ma' sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, li teskludi ħżin sferiku jew linepack 'il fuq mill-art;

▼M3

(32) 

“gass” tfisser gass naturali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1788 ( 1 );

▼M5

(33) 

“dispożizzjoni take-or-pay” tfisser dispożizzjoni kuntrattwali li tobbliga lix-xerrej jieħu l-konsenja ta’ kwantità minima speċifikata ta’ gass, jew iħallas għaliha, f’perjodu partikolari, irrispettivament minn jekk il-gass ikunx effettivament riċevut;

(34) 

“dispożizzjoni deliver-or-pay” tfisser dispożizzjoni kuntrattwali li tobbliga lill-bejjiegħ iħallas multa kuntrattwali fil-każ ta’ nuqqas ta’ konsenja tal-gass.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.