|
+Artikolu 6a 5b. |
Artikolu 6a 5b.Minkejja l-paragrafu 1, minbarra devjazzjoni possibbli f’konformità mal-paragrafu 5a u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art ikkonċernati, kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiddevja mill-mira tal-mili stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (b) sa ħames punti perċentwali, jekk:
(a)
il-produzzjoni nazzjonali tal-gass tiegħu taqbeż il-konsum annwali medju tal-gass tiegħu matul is-sentejn preċedenti; jew
(b)
il-karatteristiċi tekniċi speċifiċi ta’ faċilità indidvidwali ta’ ħżin taħt l-art b’kapaċità teknika ’il fuq minn 40 TWh li tinsab fit-territorju tiegħu jeħtieġu rata ta’ injezzjoni bil-mod li tikkawża perjodu ta’ injezzjoni eċċezzjonalment twil ta’ aktar minn 115 jum. Stat Membru jista’ juża biss il-flessibbiltajiet ipprovduti skont l-ewwel subparagrafu, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-Istati Membri konnessi direttament li jfornu l-gass lill-klijenti protetti tagħhom jew sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-gass. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri li li jkunu qed jużaw il-flessibbiltajiet imsemmija f’dan is-subparagrafu, għandha tivvaluta l-konsegwenzi potenzjali tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-flessibbiltajiet, u tinforma lill-GCG minnufih. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|