+Artikolu 6a Miri tal-mili u trajettorji għall-mili
---+Artikolu 6a 1.
---+Artikolu 6a 2.
---+Artikolu 6a 3.
---+Artikolu 6a 4.
---+Artikolu 6a 5.
---+Artikolu 6a 5a.
---+Artikolu 6a 5b.
---+Artikolu 6a 5c.
---+Artikolu 6a 5d.
---+Artikolu 6a 5e.
---+Artikolu 6a 5f.
---+Artikolu 6a 6.
---+Artikolu 6a 7.
---+Artikolu 6a 8.
---+Artikolu 6a 9.
---+Artikolu 6a 10.
---+Artikolu 6a 11.

Artikolu 6a Miri tal-mili u trajettorji għall-mili

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6a 1.

Soġġetti għall-paragrafi 2 sa 5f, l-Istati Membri għandhom jilħqu l-miri tal-mili li ġejjin għall-kapaċità aggregata tal-faċilitajiet kollha ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art li jinsabu fuq it-territorju tagħhom u li huma interkonnessi direttament ma’ żona tas-suq fit-territorju tagħhom u għall-faċilitajiet ta’ ħżin elenkati fl-Anness Ib fi kwalunkwe mument bejn l-1 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Diċembru kull sena:

▼M2

(a) 

għall-2022: 80%;

(b) 

mill 2023: 90%.

Għall-finijiet ta’ konformità ma’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-objettiv li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 1.

Artikolu 6a 2.
Minkejja l-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ikkonċernati, il-mira tal-mili għal kull Stat Membru li fih ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandha titnaqqas għal volum li jikkorrispondi għal 35 % tal-konsum annwali medju tal-gass matul il- ħames snin preċedenti għal dak l-Istat Membru.
Artikolu 6a 3.
Minkejja l-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ikkonċernati, il-mira tal-mili għal kull Stat Membru li fih ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandha titnaqqas bil-volum li kien fornut lil pajjiżi terzi ta' matul il-perjodu ta' referenza 2016 sa 2021 jekk il-volum medju fornut kien aktar minn 15 TWh fis-sena matul il-perjodu tal-irtirar mill-ħażna tal-gass (Ottubru - April).
Artikolu 6a 4.
Għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art elenkati fl-Anness Ib, għandhom japplikaw il-miri tal-mili skont il-paragrafu i u t-trajettorji għall-mili skont il-paragrafu 7. Id-dettalji tal-obbligi ta’ kull Stat Membru ser jiġu ddeterminati fi ftehim bilaterali f’konformità mal-Anness Ib.
Artikolu 6a 5.

Stat Membru jista’ jilħaq parzjalment il-mira tal-mili billi jgħodd l-LNG maħżun fiżikament u li jkun disponibbli fil-faċilitajiet tal-LNG tiegħu jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-sistema tal-gass tinkludi kapaċità sinifikanti ta' ħżin tal-LNG, li kull sena tammonta għal aktar minn 4 % tal-konsum nazzjonali medju matul il- ħames snin preċedenti;

(b) 

l-Istat Membru jkun impona obbligu fuq il-fornituri tal-gass biex jaħżnu volumi minimi ta' gass f'faċilitajiet ta' ħżin tal-gass taħt l-art u/jew f’faċilitajiet LNG f’konformità mal-Artikolu 6b(1), il-punt (a).

Artikolu 6a 5a.
Minkejja l-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art ikkonċernati, fil-każ ta’ kundizzjonijiet diffiċli li jillimitaw il-kapaċità li jiġi żgurat li l-ħżin ta’ gass taħt l-art jimtlew f’konformità ma’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiddevja mill-mira tal-mili stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (b) sa 10 punti perċentwali.
Artikolu 6a 5b.

Minkejja l-paragrafu 1, minbarra devjazzjoni possibbli f’konformità mal-paragrafu 5a u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art ikkonċernati, kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiddevja mill-mira tal-mili stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (b) sa ħames punti perċentwali, jekk:

(a) 

il-produzzjoni nazzjonali tal-gass tiegħu taqbeż il-konsum annwali medju tal-gass tiegħu matul is-sentejn preċedenti; jew

(b) 

il-karatteristiċi tekniċi speċifiċi ta’ faċilità indidvidwali ta’ ħżin taħt l-art b’kapaċità teknika ’il fuq minn 40 TWh li tinsab fit-territorju tiegħu jeħtieġu rata ta’ injezzjoni bil-mod li tikkawża perjodu ta’ injezzjoni eċċezzjonalment twil ta’ aktar minn 115 jum.

Stat Membru jista’ juża biss il-flessibbiltajiet ipprovduti skont l-ewwel subparagrafu, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-Istati Membri konnessi direttament li jfornu l-gass lill-klijenti protetti tagħhom jew sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-gass. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri li li jkunu qed jużaw il-flessibbiltajiet imsemmija f’dan is-subparagrafu, għandha tivvaluta l-konsegwenzi potenzjali tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-flessibbiltajiet, u tinforma lill-GCG minnufih.

Artikolu 6a 5c.
Fil-każ ta’ kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli persistenti u dment li s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni u tal-Istati Membri ma tiġix imminata, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li żżid, għal staġun ta’ mili wieħed, il-livell ta’ devjazzjoni permess skont il-paragrafu 5a ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ att delegat f’konformità mal-Artikolu 19. Tali żieda ma għandhiex taqbeż ħames punti perċentwali addizzjonali. Meta tkun qed tivvaluta żieda potenzjali, il-Kummissjoni għandha tqis, b’mod partikolari, il-livell tal-mili tal-ħżin, il-provvista globali tal-gass, il-prospettiva staġjonali ta’ provvista tal-ENTSOG, u indikazzjonijiet ta’ manipulazzjoni tas-suq. Meta żżid, f’konformità ma’ dan il-paragrafu, il-livell ta’ devjazzjoni permess skont il-paragrafu 5a ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadatta l-volumi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 6c(1) u (5) bl-istess mod, sabiex tiżgura konsistenza sħiħa fil-miri tal-mili applikabbli għall-Istati Membri.
Artikolu 6a 5d.
L-Istati Membri jistgħu, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 5a, jiddeċiedu li jiddevjaw sa tliet punti perċentwali u tmienja u tmenin fil-mija mill-volum stabbilit fil-paragrafu 2.
Artikolu 6a 5e.
L-Istati Membri jistgħu, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 5a ta’ dan l-Artikolu, jiddeċiedu li jiddevjaw sa punt perċentwali u sitta u sittin fil-mija mill-volum tal-konsum annwali medju tal-gass stabbilit fl-Artikolu 6c(1) u (5).
Artikolu 6a 5f.
Stat Membru li juża kwalunkwe waħda mill-flessibbiltajiet previsti fil-paragrafi 5a u 5e għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u jipprovdi ġustifikazzjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-GCG u lil kwalunkwe Stat Membru affettwat direttament dwar l-effetti kumulattivi tal-flessibbiltajiet użati kollha mingħajr dewmien.
Artikolu 6a 6.
Sabiex tintlaħaq il-mira tal-mili, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu t-trajettorja għall-mili stabbilita f’konformità mal-paragrafu 7.
Artikolu 6a 7.
Għall-2023 u għas-snin ta’ wara, kull Stat Membru b’faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, trajettorja għall-mili b’miri intermedji għall-Frar, Mejju, Lulju u Settembru, inkluż informazzjoni teknika, għall-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art fit-territorju tiegħu u li jkunu interkonnessi direttament maż-żona tas-suq tiegħu f’forma aggregata. It-trajettorja għall-mili u l-miri intermedji għandhom ikunu bbażati fuq ir-rata medja tal-mili matul il-ħames snin preċedenti.

Għall-Istati Membri li għalihom l-mira tal-mili titnaqqas għal 35 % tal-konsum annwali medju tagħhom ta’ gass skont il-paragrafu 2, il-miri intermedji tat-trajettorja għall-mili għandhom jitnaqqsu skont dan.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-GCG dwar it-trajettorji għall-mili aggregati ppreżentati mill-Istati Membri mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 6a 8.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 6b biex jilħaq il-mira tal-mili. Meta, fi kwalunkwe sena partikolari, Stat Membru ma jilħaqx il-mira tiegħu tal-mili, hu għandu jieħu miżuri effettivi biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista filwaqt li jqis ukoll l-impatt tal-prezz fuq is-suq tal-gass naturali. Meta Stat Membru jonqos milli jilħaq il-mira tal-mili, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-GCG mingħajr dewmien, filwaqt li jipprovdi r-raġunijiet il-għala ma laħaqx il-mira tal-mili u l-miżuri li ħa.
Artikolu 6a 9.
Il-mira tal-mili ma għandhiex tapplika fejn, u sakemm, il-Kummissjoni tkun iddikjarat emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 fuq talba, skont il-każ, ta' Stat Membru wieħed jew aktar li jkunu ddikjaraw emerġenza nazzjonali.
Artikolu 6a 10.
L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 6b biex tilħaq it-trajettorja għall-mili, inkluża l-introduzzjoni ta’ miri intermedji vinkolanti fil-livell nazzjonali. Għandha timmonitorja kontinwament l-allinjament mat-trajettorja għall-mili u għandha tinforma lill-GCG regolarment bl-allinjament mat-trajettorja għall-mili. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-GCG dwar sa liema punt kull Stat Membru jilħaq t-trajettorja indikattiva.
Artikolu 6a 11.
Fil-każ ta’ devjazzjoni sostanzjali u persistenti minn Stat Membru mit-trajettorja għall-mili, li tikkomprometti l-ilħuq tal-mira tal-mili, jew fil-każ ta’ devjazzjoni mill-mira tal-mili li mhijiex permessa skont il-paragrafi 5a sa 5e, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, wara li tikkonsulta l-GCG u l-Istati Membri kkonċernati, toħroġ rakkomandazzjoni lil dak l-Istat Membru jew lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu biex tiġi rimedjata dik id-devjazzjoni jew biex jiġi minimizzat l-impatt fuq is-sigurtà tal-provvista, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet diffiċli possibbli jew il-kundizzjonijiet sfavorevoli possibbli tas-suq kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri, bħall-karatteristiċi tekniċi u d-daqs tal-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art fir-rigward tal-konsum domestiku tal-gass, l-importanza dejjem tonqos tal-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art b’valur kalorifiku baxx għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, u l-kapaċità eżistenti ta’ ħżin tal-LNG.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.