+Artikolu 9 Kontenut ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
---+Artikolu 9 10.
---+Artikolu 9 11.

Artikolu 9 Kontenut ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jikkontjeni:

(a) 

ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u sommarju tax-xenarji kkunsidrati, kif imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 7(4);

(b) 

id-definizzjoni ta' klijenti protetti u l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

(c) 

il-miżuri, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-istandards tal-infrastruttura u tal-provvista tal-gass stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, inkluż, fejn applikabbli, il-punt sa fejn il-miżuri min-naħa tad-domanda jistgħu jikkumpensaw b'mod suffiċjenti, fil-ħin, għal interruzzjoni tal-provvista tal-gass kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3), il-volumi tal-gass neċessarji għal kull kategorija ta' klijenti protetti u għal kull xenarju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), u kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud inkluż kwalunkwe ġustifikazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2) u deskrizzjoni ta' mekkaniżmu sabiex jitnaqqas temporanjament kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 11(3);

(d) 

obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali, impriżi tal-elettriku meta jkun xieraq, u korpi rilevanti oħrajn li probabbli jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għall-operazzjoni mingħajr periklu tas-sistema tal-gass;

▼M3

(e) 

miżuri preventivi oħra mfassla biex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju bħal dawk relatati mal-ħtieġa li jissaħħu l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien, biex tkompli tiżdied l-effiċjenza enerġetika, biex ikun evitat l-ikkapparrar tal-kapaċità, biex tonqos id-domanda għall-gass, u l-possibbiltà li jiġu diversifikati r-rotot tal-gass u s-sorsi tal-provvista tal-gass u l-użu reġjonali tal-kapaċitajiet eżistenti tal-ħażna u tal-LNG, jekk ikun xieraq, biex tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha sa fejn possibbli;

▼B

(f) 

informazzjoni fuq l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri li jinsabu fil-pjan, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);

(g) 

deskrizzjoni tal-effetti tal-miżuri li hemm fil-pjan dwar il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija kif ukoll swieq nazzjonali, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);

(h) 

deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri fuq l-ambjent u fuq il-klijenti;

(i) 

il-mekkaniżmi li għandhom jintużaw għal kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn, inkluż il-mekkaniżmi għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza;

(j) 

informazzjoni dwar l-interkonnessjonijiet u l-infrastruttura eżistenti u futuri, inklużi dawk li jipprovdu aċċess għas-suq intern, il-flussi transkonfinali, l-aċċess transkonfinali għal ħżin u faċilitajiet ta' LNG u l-kapaċità bidirezzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' emerġenza;

(k) 

informazzjoni dwar l-obbligi kollha ta' servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass;

▼M3

(l) 

informazzjoni dwar miżuri relatati maċ-ċibersigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 8a.

▼B

Informazzjoni kritika relattiva għall-punti (a), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu li, jekk tiġi żvelata, tista' tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass tista' tiġi eskluża.

Artikolu 9 2.
Il-pjan ta' azzjoni preventiva, b'mod partikolari l-azzjonijiet sabiex jissodisfaw l-istandard tal-infrastruttura kif stabbilit fl-Artikolu 5, għandu jqis it-TYNDP fl-Unjoni kollha mfassal mill-ENTSOG skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
Artikolu 9 3.
Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu primarjament ikun ibbażat fuq il-miżuri bbażati fuq is-suq u m'għandux ipoġġi piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali, jew ikollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-gass.
Artikolu 9 4.
L-Istati Membri u b'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, għandhom jiżguraw li l-miżuri preventivi kollha mhux ibbażati fuq is-suq, bħal dawk imsemmija fl-Anness VIII, li jiġu adottati fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, irrispettivament minn jekk ikunux parti mill-pjan ta' azzjoni preventiva jew jiġux adottati sussegwentement, jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2).
Artikolu 9 5.
L-awtorità kompetenti għandha tagħmel pubblika kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 4 li tkun għadha ma ġietx inkluża fil-pjan ta' azzjoni preventiva, u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-deskrizzjoni ta' kwalunkwe tali miżura u tal-impatt tagħha fuq is-suq nazzjonali tal-gass u, sa fejn ikun possibbli, fuq is-swieq tal-gass tal-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 9 6.
Jekk il-Kummissjoni tiddubita jekk miżura msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu tikkonformax mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) hija għandha titlob lill-Istati Membru kkonċernat in-notifika ta' valutazzjoni tal-impatt.
Artikolu 9 7.

Valutazzjoni tal-impatt skont il-paragrafu 6 għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:

(a) 

l-impatt potenzjali fuq l-iżvilupp tas-suq tal-gass nazzjonali u l-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali;

(b) 

l-impatt potenzjali fuq is-suq intern tal-gass;

(c) 

l-impatt potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri ġirien, b'mod partikolari għal dawk il-miżuri li jistgħu jnaqqsu l-likwidità fis-swieq reġjonali jew jillimitaw il-flussi lejn Stati Membri ġirien;

(d) 

l-ispejjeż u l-benefiċċji, ivvalutati meta mqabbla ma' miżuri alternattivi bbażati fuq is-suq;

(e) 

valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità meta mqabbla ma' miżuri possibbli bbażati fuq is-suq;

(f) 

apprezzament dwar jekk il-miżura tiżgurax possibbiltajiet indaqs għall-parteċipanti kollha tas-suq;

(g) 

strateġija ta' eliminazzjoni gradwali, it-tul mistenni tal-miżura prevista u kalendarju adatt ta' rieżami.

L-analiżi msemmija fil-punti (a) u (b) għandha ssir mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità kompetenti u għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

Artikolu 9 8.
Fejn,, il-Kummissjoni tqis; abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt; li l-miżura probabbilment tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membri oħra jew tal-Unjoni hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur min-notifika tal-valutazzjoni tal-impatt u tirrikjedi, sa fejn meħtieġ, l-emenda jew l-irtirar tal-miżura.

Il-miżura adottata għandha tidħol fis-seħħ biss meta tiġi approvata mill-Kummissjoni jew tkun ġiet emendata skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jibda mill-jum wara riċezzjoni ta' notifika sħiħa. Il-perijodu ta' erba' xhur jista' jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 9 9.
Fejn,, il-Kummissjoni tqis;abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt,li l-miżura ma tikkonformax mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2), hija tista' toħroġ opinjoni fi żmien erba' xhur min-notifika tal-valutazzjoni tal-impatt. Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(8) u (9).

Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jibda mill-jum wara riċezzjoni ta' notifika sħiħa. Il-perijodu ta' erba' xhur jista' jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 9 10.
L-Artikolu 8(9) għandu japplika għal kwalunkwe miżura soġġetta għall-paragrafi 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 9 11.
Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jiġu aġġornat kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019 jew iktar frekwentement jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jenħtieġu dan jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjan aġġornat għandu jirrifletti l-valutazzjoni tar-riskju aġġornata u r-riżultati tat-testijiet imwettqin skont l-Artikolu 10(3). L-Artikolu 8 għandu japplika għall-pjan aġġornat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.