|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jikkontjeni:
(a)
ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u sommarju tax-xenarji kkunsidrati, kif imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 7(4);
(b)
id-definizzjoni ta' klijenti protetti u l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1);
(c)
il-miżuri, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-istandards tal-infrastruttura u tal-provvista tal-gass stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, inkluż, fejn applikabbli, il-punt sa fejn il-miżuri min-naħa tad-domanda jistgħu jikkumpensaw b'mod suffiċjenti, fil-ħin, għal interruzzjoni tal-provvista tal-gass kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3), il-volumi tal-gass neċessarji għal kull kategorija ta' klijenti protetti u għal kull xenarju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), u kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud inkluż kwalunkwe ġustifikazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2) u deskrizzjoni ta' mekkaniżmu sabiex jitnaqqas temporanjament kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 11(3);
(d)
obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali, impriżi tal-elettriku meta jkun xieraq, u korpi rilevanti oħrajn li probabbli jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għall-operazzjoni mingħajr periklu tas-sistema tal-gass;
(e)
miżuri preventivi oħra mfassla biex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju bħal dawk relatati mal-ħtieġa li jissaħħu l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien, biex tkompli tiżdied l-effiċjenza enerġetika, biex ikun evitat l-ikkapparrar tal-kapaċità, biex tonqos id-domanda għall-gass, u l-possibbiltà li jiġu diversifikati r-rotot tal-gass u s-sorsi tal-provvista tal-gass u l-użu reġjonali tal-kapaċitajiet eżistenti tal-ħażna u tal-LNG, jekk ikun xieraq, biex tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha sa fejn possibbli;
(f)
informazzjoni fuq l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri li jinsabu fil-pjan, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);
(g)
deskrizzjoni tal-effetti tal-miżuri li hemm fil-pjan dwar il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija kif ukoll swieq nazzjonali, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);
(h)
deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri fuq l-ambjent u fuq il-klijenti;
(i)
il-mekkaniżmi li għandhom jintużaw għal kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn, inkluż il-mekkaniżmi għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza;
(j)
informazzjoni dwar l-interkonnessjonijiet u l-infrastruttura eżistenti u futuri, inklużi dawk li jipprovdu aċċess għas-suq intern, il-flussi transkonfinali, l-aċċess transkonfinali għal ħżin u faċilitajiet ta' LNG u l-kapaċità bidirezzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' emerġenza;
(k)
informazzjoni dwar l-obbligi kollha ta' servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass;
(l)
informazzjoni dwar miżuri relatati maċ-ċibersigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 8a. Informazzjoni kritika relattiva għall-punti (a), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu li, jekk tiġi żvelata, tista' tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass tista' tiġi eskluża. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|