|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Il-pjan ta' emerġenza għandu:
(a)
jibbaża fuq il-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);
(b)
jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għall-elettriku jekk rilevanti u tal-klijenti tal-gass industrijali inkluż il-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqis il-livelli differenti sa fejn ikunu affettwati f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn adatt mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);
(c)
jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi l-oħrajn li lilhom ikunu ġew delegati l-kompiti kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);
(d)
jiżgura li l-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti tal-gass industrijali inkluż il-produtturi rilevanti tal-elettriku jingħataw opportunità biżżejjed sabiex iwieġbu għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);
(e)
jidentifika, jekk ikun adatt, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass, inkluż permezz ta' perspettiva integrata tal-operazzjonijiet tas-sistemi tal-enerġija tal-elettriku u l-gass jekk rilevanti;
(f)
jistabbilixxi proċeduri u miżuri dettaljati li għandhom jiġu segwiti għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1), inklużi l-iskemi korrispondenti dwar il-flussi ta' informazzjoni;
(g)
jinnomina maniġer ta' kriżi u jiddefinixxi r-rwol tiegħu;
(h)
jidentifika l-kontribut tal-miżuri abbażi tas-suq biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni f'livell ta' allert u biex tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;
(i)
jidentifika l-kontribut ta' miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell ta' emerġenza, u jivvaluta l-livell ta' kemm l-użu ta' tali miżuri mhux ibbażati fuq is-suq huwa meħtieġ sabiex tiġi indirizzata kriżi. L-effetti tal-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jiġu vvalutati u jiġu identifikati l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom. Miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss meta mekkaniżmi bbażati fuq is-suq weħidhom ma jistgħux jibqgħu jiżguraw il-provvisti, b'mod partikolari lill-klijenti protetti, jew għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13;
(j)
jiddeskrivi l-mekkaniżmi li jintużaw għall-kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħra għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1) u l-arranġamenti għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(k)
jiddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u, fejn xieraq, l-impriżi tal-elettriku fil-livelli ta' allert u ta' emerġenza;
(l)
jiddeskrivi l-arranġamenti tekniċi jew legali fis-seħħ sabiex jipprevjenu konsum mhux dovut tal-gass minn klijenti li jkunu konnessi ma' netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trasmissjoni tal-gass iżda li ma jkunux klijenti protetti;
(m)
jiddeskrivi l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji fis-seħħ sabiex jiġu applikati l-obbligi tas-solidarjetà stabbiliti fl-Artikolu 13;
(n)
jagħti stima tal-volumi tal-gass li jistgħu jiġu kkunsmati mill-konsumaturi protetti mis-solidarjetà li tkopri mill-inqas il-każijiet deskritti fl-Artikolu 6(1).
(o)
jistabbilixxi lista ta' azzjonijiet predefiniti sabiex jagħmel il-gass disponibbli fil-każ ta' emerġenza, inkluż ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'tali azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt, waqt li titqies il-kunfidenzjalità tad-data sensittiva. Azzjonijiet bħal dawn jistgħu jinvolvu ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u/jew l-impriżi tal-gass naturali. Sabiex jiġi evitat konsum eċċessiv tal-gass waqt emerġenza, kif imsemmi fil-punt (l) tal-ewwel subparagrafu, jew waqt l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3) u fl-Artikolu 13, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tinforma lill-klijenti mhux protetti li huma mitluba jwaqqfu jew inaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom mingħajr ma joħolqu sitwazzjonijiet teknikament mhux sikuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|