+Artikolu 10 Kontenut ta' pjanijiet ta' emerġenza
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 Kontenut ta' pjanijiet ta' emerġenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

Il-pjan ta' emerġenza għandu:

(a) 

jibbaża fuq il-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

(b) 

jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għall-elettriku jekk rilevanti u tal-klijenti tal-gass industrijali inkluż il-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqis il-livelli differenti sa fejn ikunu affettwati f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn adatt mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

(c) 

jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi l-oħrajn li lilhom ikunu ġew delegati l-kompiti kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

(d) 

jiżgura li l-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti tal-gass industrijali inkluż il-produtturi rilevanti tal-elettriku jingħataw opportunità biżżejjed sabiex iwieġbu għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1);

(e) 

jidentifika, jekk ikun adatt, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass, inkluż permezz ta' perspettiva integrata tal-operazzjonijiet tas-sistemi tal-enerġija tal-elettriku u l-gass jekk rilevanti;

(f) 

jistabbilixxi proċeduri u miżuri dettaljati li għandhom jiġu segwiti għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1), inklużi l-iskemi korrispondenti dwar il-flussi ta' informazzjoni;

(g) 

jinnomina maniġer ta' kriżi u jiddefinixxi r-rwol tiegħu;

(h) 

jidentifika l-kontribut tal-miżuri abbażi tas-suq biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni f'livell ta' allert u biex tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

(i) 

jidentifika l-kontribut ta' miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell ta' emerġenza, u jivvaluta l-livell ta' kemm l-użu ta' tali miżuri mhux ibbażati fuq is-suq huwa meħtieġ sabiex tiġi indirizzata kriżi. L-effetti tal-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jiġu vvalutati u jiġu identifikati l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom. Miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss meta mekkaniżmi bbażati fuq is-suq weħidhom ma jistgħux jibqgħu jiżguraw il-provvisti, b'mod partikolari lill-klijenti protetti, jew għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13;

(j) 

jiddeskrivi l-mekkaniżmi li jintużaw għall-kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħra għal-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1) u l-arranġamenti għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(k) 

jiddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u, fejn xieraq, l-impriżi tal-elettriku fil-livelli ta' allert u ta' emerġenza;

(l) 

jiddeskrivi l-arranġamenti tekniċi jew legali fis-seħħ sabiex jipprevjenu konsum mhux dovut tal-gass minn klijenti li jkunu konnessi ma' netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trasmissjoni tal-gass iżda li ma jkunux klijenti protetti;

(m) 

jiddeskrivi l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji fis-seħħ sabiex jiġu applikati l-obbligi tas-solidarjetà stabbiliti fl-Artikolu 13;

(n) 

jagħti stima tal-volumi tal-gass li jistgħu jiġu kkunsmati mill-konsumaturi protetti mis-solidarjetà li tkopri mill-inqas il-każijiet deskritti fl-Artikolu 6(1).

(o) 

jistabbilixxi lista ta' azzjonijiet predefiniti sabiex jagħmel il-gass disponibbli fil-każ ta' emerġenza, inkluż ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'tali azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt, waqt li titqies il-kunfidenzjalità tad-data sensittiva. Azzjonijiet bħal dawn jistgħu jinvolvu ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u/jew l-impriżi tal-gass naturali.

Sabiex jiġi evitat konsum eċċessiv tal-gass waqt emerġenza, kif imsemmi fil-punt (l) tal-ewwel subparagrafu, jew waqt l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3) u fl-Artikolu 13, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tinforma lill-klijenti mhux protetti li huma mitluba jwaqqfu jew inaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom mingħajr ma joħolqu sitwazzjonijiet teknikament mhux sikuri.

Artikolu 10 2.
Il-pjan ta' emerġenza għandu jiġu aġġornat kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019 jew iktar frekwentement jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jenħtieġu dan jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu l-valutazzjoni tar-riskju aġġornat u r-riżultati tat-testijiet imwettqin skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-Artikolu 8(4) sa (11) għandhom japplikaw għall-pjan aġġornat.
Artikolu 10 3.
Il-miżuri, l-azzjonijiet u l-proċeduri li jinsabu fil-pjan ta' emerġenza għandhom jiġu ttestjati mill-inqas darba bejn l-aġġornamenti tiegħu kull erba' snin imsemmija fil-paragrafu 2. Sabiex jiġi ttestjat il-pjan ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel simulazzjoni tax-xenarji ta' impatt għoli u medju u tar-reazzjonijiet f'ħin reali skont dak il-pjan ta' emerġenza. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu ppreżentati fil-GCG mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 10 4.
Il-pjan ta' emerġenza għandu jiżgura li l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista' jkun mil-lat tekniku u ta' sikurezza fil-każ ta' emerġenza u m'għandux jintroduċi xi miżura li tirrestrinġi indebitament il-fluss tal-gass bejn il-fruntieri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.