+Artikolu 11 Dikjarazzjoni ta' kriżi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 7a.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.

Artikolu 11 Dikjarazzjoni ta' kriżi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Għandu jkun hemm tliet livelli ta' kriżi, li ġejjin:

(a) 

livell ta' twissija bikrija (“twissija bikrija”): fejn ikun hemm informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li avveniment li probabbilment jirriżulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass jista' jseħħ u li probabbilment iwassal biex jiġi azzjonat il-livell ta' allert jew ta' emerġenza; il-livell ta' twissija bikrija jista' jiġi attivat b'mekkaniżmu ta' twissija bikrija;

(b) 

livell ta' allert (“allert”): fejn interruzzjoni tal-provvista tal-gass jew domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li tirriżulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass isseħħ iżda s-suq xorta jkun għadu jlaħħaq ma' dik l-interruzzjoni jew domanda mingħajr il-ħtieġa li jirrikorri għall-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq;

(c) 

livell ta' emerġenza (“emerġenza”): fejn jkun hemm domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass, interruzzjoni sinifikanti tal-provvista tal-gass jew deterjorament sinifikanti ieħor tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass u l-miżuri kollha rilevanti bbażati fuq is-suq ikunu ġew implimentati iżda l-provvista tal-gass ma tkunx suffiċjenti sabiex tlaħħaq mal-bqija tad-domanda tal-gass biex b'hekk ikollhom jiġu introdotti addizzjonalment miżuri mhux ibbażati fuq iss-suq bil-ħsieb li, b'mod partikolari, jiġu salvagwardati l-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti skont l-Artikolu 6.

Artikolu 11 2.
Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha immedjatament tinforma lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament u tipprovdilhom l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari l-informazzjoni dwar l-azzjoni li biħsiebha tieħu. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'appell għal assistenza mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre) tal-Kummissjoni.
Artikolu 11 3.
Fejn Stat Membru jkun iddikjara emerġenza u indika li tenħtieġ azzjoni transkonfinali, kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu addizzjonali taħt l-Artikolu 6(2) impost fuq l-impriżi tal-gass naturali fi Stati Membri oħrajn fl-istess grupp ta' riskju għandu jitnaqqas b'mod temporanju għal-livell stabbilit fl-Artikolu 6(1).

L-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma jibqgħux japplikaw immedjatament wara li l-awtorità kompetenti tiddikjara t-tmiem ta' emerġenza, jew wara li l-Kummissjoni tikkonkludi, f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, li d-dikjarazzjoni ta' emerġenza mhijiex jew m'għadhiex ġustifikata.

Artikolu 11 4.
Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara emerġenza hija għandha ssegwi l-azzjoni predefinita kif tinsab fil-pjan ta' emerġenza tagħha u għandha immedjatament tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti fil-grupp ta' riskju kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament b'mod partikolari bl-azzjoni li biħsiebha tieħu. F'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati, l-awtorità kompetenti tista' tieħu azzjoni li tiddevja mill-pjan ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti fil-grupp ta' riskju tagħha kif deskritt fl-Anness I, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament, bi kwalunkwe tali azzjoni u għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għad-devjazzjoni.
Artikolu 11 5.
L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jiżgura li meta tiġi ddikjarata emerġenza fi Stat Membru ġar, il-kapaċità fil-punti ta' interkonnessjoni lejn dak l-Istat Membru, irrispettivament minn jekk tkunx kostanti jew interrompibbli, u jekk tkunx riżervata qabel jew waqt l-emerġenza, għandha prijorità fuq il-kapaċità li tikkompeti fil-punti ta' ħruġ fil-faċilitajiet tal-ħżin. L-utent tas-sistema tal-kapaċità prijoritizzata għandu jħallas minnufih kumpens ġust lill-utent tas-sistema tal-kapaċità kostanti għat-telf finanzjarju mġarrab bħala riżultat ta' prijoritizzazzjoni inkluż rimborż proporzjonat għall-ispiża li tirriżulta mill-interruzzjoni tal-kapaċità kostanti. Il-proċess għad-determinazzjoni u l-ħlas tal-kumpens ma għandux jaffettwa l-implimentazzjoni tar-regola ta' prijorità.
Artikolu 11 6.

L-Istati Membri u, b'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:

(a) 

m'għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li tillimita bla bżonn il-fluss tal-gass fis-suq intern f'kull ħin;

(b) 

ma għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li probabbilment tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fi Stat Membru ieħor; u

(c) 

l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista' jkun mil-lat tekniku u ta' sikurezza fil-każ ta' emerġenza, skont il-pjan ta' emerġenza.

Artikolu 11 7.

Waqt emerġenza u għal motivi raġonevoli, fuq talba tal-operatur rilevanti tas-sistema ta' trasmissjoni tal-elettriku jew tal-gass, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jipprijoritizza l-provvista tal-gass għal ċerti impjanti kritiċi li jaħdmu bil-gass qabel il-provvista tal-gass ta' ċerti kategoriji ta' klijenti protetti, jekk in-nuqqas ta' provvista ta' gass għal tali impjanti kritiċi li jaħdmu bil-gass jew:

(a) 

jista' jirrizulta fi ħsarat serji fil-funzjonament tas-sistema tal-elettriku; jew

(b) 

ixekkel il-produzzjoni u/jew it-trasport tal-gass.

L-Istati Membri għandhom jibbażaw kwalunkwe tali miżura fuq il-valutazzjoni tar-riskju.

L-impjanti kritiċi li jaħdmu bil-gass, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu identifikati b'mod ċar flimkien mal-volumi tal-gass possibbli li jkunu soġġetti għal tali miżura u inklużi fil-kapitoli reġjonali tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. L-identifikazzjoni tagħhom għandha ssir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni tas-sistema tal-elettriku u tas-sistema tal-gass tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 11 7a.

B’deroga mill-Artikolu 6(1), (2) u (3), l-Artikolu 6b(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (a), l-Artikolu 6c(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 10(1), il-punt (l), l-Istati Membri jistgħu, eċċezzjonalment, jiddeċiedu li jieħdu miżuri temporanji biex inaqqsu l-konsum tal-gass mhux essenzjali tal-klijenti protetti, b’mod partikolari meta jiġi ddikjarat wieħed mil-livelli ta’ kriżi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni skont l-Artikolu 12. Tali miżuri temporanji għandhom ikunu limitati għall-konsum tal-gass mhux essenzjali u għandhom iqisu l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-impatt ta’ interruzzjoni fuq il-ktajjen tal-provvista kritiċi għas-soċjetà;

(b) 

l-impatti negattivi possibbli fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari fuq il-ktajjen tal-provvista tas-setturi downstream li huma kritiċi għas-soċjetà;

(c) 

il-ħsara potenzjali fit-tul lill-installazzjonijiet industrijali;

(d) 

il-possibbiltajiet għat-tnaqqis fil-konsum u għas-sostituzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni.

Tali miżuri eċċezzjonali jistgħu jittieħdu biss wara valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet biex jiġu ddeterminati tali volumi mhux essenzjali ta’ gass.

Bħala riżultat tal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tnaqqis tal-konsum tal-gass mhux essenzjali ta’ klijenti vulnerabbli, kif definit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, għandu jiġi evitat.

Artikolu 11 8.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika, kemm jista' jkun malajr, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mill-awtorità kompetenti, jekk id-dikjarazzjoni ta' emerġenza hijiex ġustifikata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 u jekk il-miżuri meħudin isegwux kemm jista' jkun mill-qrib l-azzjonijiet elenkati fil-pjan ta' emerġenza u li ma jkunux qed jimponu piż indebitu fuq l-impriżi tal-gass naturali u li jkunu konformi mal-paragrafu 6. Il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' awtorità kompetenti oħra, ta' impriżi tal-gass naturali jew fuq inizjattiva tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti sabiex timmodifika l-miżuri meta dawn imorru kontra l-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni tista' titlob ukoll lill-awtorità kompetenti biex tiddikjara t-tmiem tal-emerġenza fejn hija tikkonkludi li d-dikjarazzjoni ta' emerġenża mhijiex jew ma għadhiex aktar ġustifikata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1.

Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti għandha timmodifika l-miżuri u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, jew għandha tinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għalfejn hija ma taqbilx mat-talba. Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni tista', fi żmien tlett ijiem minn meta tkun informata, temenda jew tirtira t-talba tagħha jew, sabiex tikkunsidra l-kwistjoni, tlaqqa' lill-awtorità kompetenti jew, fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun neċessarju, il-GCG. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet dettaljati tagħha għalfejn tkun talbet kwalunkwe modifika għall-azzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Fejn id-deċiżjoni finali tal-awtorità kompetenti tiddevja mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet li jsostu tali deċiżjoni.

Artikolu 11 9.
Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara t-tmiem ta' xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti jkun konness direttament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.