+Artikolu 13 8c.

Artikolu 13 8c.

Meta tiġi pprovduta miżura ta’ solidarjetà f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, l-ammont finali tal-kumpens li jkun tħallas mill-Istat Membru rikjedenti għandu jkun soġġett għal kontroll ex post mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru fornitur u tal-Istat Membru rikjedenti, fi żmien tliet xhur minn tmiem l-emerġenza.

Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma jkunux laħqu ftehim dwar il-kalkolu tal-ammont finali tal-kumpens ġust, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mingħajr dewmien. F’dak il-każ, jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-Aġenzija għandha tikkalkula l-livell xieraq ta’ kumpens ġust għall-ispejjeż indiretti li jkunu saru b’riżultat tal-għoti tas-solidarjetà u tipprovdi opinjoni fattwali fi żmien tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Aġenzija. Qabel tagħti tali opinjoni fattwali, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta l-Aġenzija titlob aktar informazzjoni. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda mill-għada li tasal l-informazzjoni sħiħa. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiġi kkonsultat u jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-konklużjoni tal-kontroll ex post. Wara l-konsultazzjoni mal-Istat Membru rikjedenti, l-awtorità li teżerċita dak il-kontroll ex post hija intitolata li titlob rettifika tal-ammont tal-kumpens, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Istat Membru rikjedenti. Il-konklużjonijiet ta’ dak il-kontroll ex post għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, li għandha tqishom fir-rapport tagħha dwar l-emerġenza skont l-Artikolu 14(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.