|
+Artikolu 17 Monitoraġġ mill-Kummissjoni |
Artikolu 17 Monitoraġġ mill-KummissjoniArtikolu 17 Monitoraġġ mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ kontinwu ta' miżuri għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandha tirrapporta b'mod regolari lill-GCG. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-espożizzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni għall-provvisti, anke permezz ta’ pajjiżi terzi, tal-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa, b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 14(6), il-punt (c). Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-eliminazzjoni gradwali tal-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa, skont ir-Regolament (UE) 2026/261 fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni abbażi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ diversifikazzjoni għall-gass imsemmija fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u tirrapporta dwar il-valutazzjoni tagħha lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass. Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fit-tielet paragrafu, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali, li għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-progress miksub mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ diversifikazzjoni tagħhom għall-gass. Jekk ikun rilevanti, il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta’ pjan nazzjonali ta’ diversifikazzjoni għall-gass, tista’ toħroġ rakkomandazzjoni li tidentifika azzjonijiet u miżuri possibbli biex tiżgura diversifikazzjoni sigura tal-provvista tal-gass u eliminazzjoni gradwali f’waqtha tal-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa. Wara dik ir-rakkomandazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaġġorna l-pjan nazzjonali ta’ diversifikazzjoni tiegħu għall-gass fi żmien tliet xhur, filwaqt li jqisu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|