|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati, jew servizzi assoċjati, jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluż l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, minn awtoritajiet kompetenti oħra u mill-BEREC biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’, jew mad-deċiżjonijiet jew opinjonijiet adottati f’konformità ma’, din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). B’mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lil dawk l-impriżi jippreżentaw informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa u li jistgħu jkunu disponibbli għall-kompetituri, kif ukoll informazzjoni dwar netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, li tkun disaggregata fil-livell lokali u dettaljata b’mod suffiċjenti biex tippermetti l-istħarriġ ġeografiku u d-deżinjazzjoni ta’ żoni f’konformità mal-Artikolu 22. Fejn l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-ewwel subparagrafu mhijiex suffiċjenti biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC iwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, tali informazzjoni tista’ tintalab minn impriżi rilevanti oħra li huma attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew setturi relatati mill-qrib. L-impriżi deżinjati bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq fejn jidħlu s-swieq bl-ingrossa jistgħu jintalbu jippreżentaw data tal-kontabbiltà dwar is-swieq bl-imnut assoċjati mas-swieq bl-ingrossa. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jitolbu l-informazzjoni minn punt waħdieni tal-informazzjoni stabbilit skont id-Direttiva 2014/61/UE. Kwalunkwe talba għall-informazzjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettiq tal-kompitu u magħha għandhom jingħataw ir-raġunijiet għaliha. L-impriżi għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-pront u f’konformità mal-limiti taż-żmien u l-livell ta’ dettall mitlub. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|