+Artikolu 20 Rekwiżit ta’ informazzjoni lill-impriżi
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.

Artikolu 20 Rekwiżit ta’ informazzjoni lill-impriżi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati, jew servizzi assoċjati, jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluż l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, minn awtoritajiet kompetenti oħra u mill-BEREC biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’, jew mad-deċiżjonijiet jew opinjonijiet adottati f’konformità ma’, din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). B’mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lil dawk l-impriżi jippreżentaw informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa u li jistgħu jkunu disponibbli għall-kompetituri, kif ukoll informazzjoni dwar netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, li tkun disaggregata fil-livell lokali u dettaljata b’mod suffiċjenti biex tippermetti l-istħarriġ ġeografiku u d-deżinjazzjoni ta’ żoni f’konformità mal-Artikolu 22.

Fejn l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-ewwel subparagrafu mhijiex suffiċjenti biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC iwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, tali informazzjoni tista’ tintalab minn impriżi rilevanti oħra li huma attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew setturi relatati mill-qrib.

L-impriżi deżinjati bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq fejn jidħlu s-swieq bl-ingrossa jistgħu jintalbu jippreżentaw data tal-kontabbiltà dwar is-swieq bl-imnut assoċjati mas-swieq bl-ingrossa.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jitolbu l-informazzjoni minn punt waħdieni tal-informazzjoni stabbilit skont id-Direttiva 2014/61/UE.

Kwalunkwe talba għall-informazzjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettiq tal-kompitu u magħha għandhom jingħataw ir-raġunijiet għaliha.

L-impriżi għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-pront u f’konformità mal-limiti taż-żmien u l-livell ta’ dettall mitlub.

Artikolu 20 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jipprovdu lill-Kummissjoni, wara talba raġunata, bl-informazzjoni meħtieġa għaliha biex twettaq il-kompiti tagħha taħt it-TFUE. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettiq ta’ dawk il-kompiti. Meta l-informazzjoni provduta tkun tirreferi għall-informazzjoni provduta qabel mill-impriżi meta kienet talbithom l-awtorità, dawk l-impriżi għandhom ikunu informati b’dan. Sal-punt meħtieġ, u sakemm l-awtorità li provdiet l-informazzjoni tkun għamlet talba espliċita u raġunata għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni provduta disponibbli lil awtorità oħra bħalha fi Stat Membru ieħor.

Soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mibgħuta lil awtorità waħda, tista’ ssir disponibbli għal awtorità oħra bħalha fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru differenti, u għall-BEREC, wara talba sostanzjata, meta meħtieġ biex xi awtorità, jew il-BEREC ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom skont il-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 20 3.
Fejn l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1, inkluża informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ stħarriġ ġeografiku, titqies kunfidenzjali mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti l-oħra skont ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata għandhom jiżguraw tali kunfidenzjalità. Tali kunfidenzjalità m’għandhiex timpedixxi l-kondiviżjoni f’waqtha ta’ informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata għall-finijiet ta’ rieżami, monitoraġġ u superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 20 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali u l-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra jippubblikaw l-informazzjoni li tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv.
Artikolu 20 5.
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw it-termini għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, inklużi l-proċeduri għall-kisba ta’ dak l-aċċess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.