+Artikolu 21 Informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
|
Artikolu 21 Informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 20 u għall-obbligi tal-informazzjoni u tar-rappurtar skont il-liġi nazzjonali barra mill-awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu biss jeżiġu lill-impriżi biex jipprovdu informazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu jew l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), li tkun proporzjonata u ġustifikata oġġettivament b’mod partikolari għall-finijiet ta’:
(a)
verifika, fuq bażi sistematika jew skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjoni 1 tal-Parti A, mal-kondizzjonijiet 2 u 6 tal-Parti D, u mal-kondizzjonijiet 2 u 7 tal-Parti E, tal-Anness I u tal-konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 13(2);
(b)
verifika, abbażi ta’ skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjonijiet kif stipulat fl-Anness I meta jasal ilment jew meta l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet oħra biex temmen li kondizzjoni ma tkunx qed titħares jew fil-każ ta’ xi investigazzjoni mill-awtorità kompetenti bl-inizjattiva tagħha stess;
(c)
twettiq tal-proċeduri għal, u l-valutazzjoni ta’, talbiet għall-għoti tad-drittijiet tal-użu;
(d)
il-pubblikazzjoni ta’ rapporti komparattivi tal-kwalità u tal-prezz tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;
(e)
tqabbil ta’ statistika, rapporti jew studji definiti b’mod ċar;
(f)
twettiq ta’ analiżi tas-suq għall-finijiet ta’ din id-Direttiva inkluż data dwar is-swieq downstream jew is-swieq tal-imnut assoċjata mas-swieq jew relatata magħhom li huma s-suġġett tal-analiżi tas-suq;
(g)
salvagwardja tal-użu effiċjenti u l-iżgurar tal-ġestjoni effettiva tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi tan-numerazzjoni;
(h)
l-evalwazzjoni tal-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa li jkunu disponibbli għall-kompetituri, dwar il-kopertura territorjali, dwar il-konnettività disponibbli għall-utenti finali jew dwar l-identifikazzjoni taż-żoni skont l-Artikolu 22;
(i)
it-twettiq ta’ stħarriġ ġeografiku;
(j)
rispons għal talbiet motivati għal informazzjoni mill-BEREC.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) u (d) sa (j) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tintalab qabel jingħata, jew bħala kondizzjoni għal, l-aċċess għas-suq.
Il-BEREC jista’ jiviluppa mudelli għal talbiet għal informazzjoni, fejn meħtieġ, biex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni u l-analiżi konsolidata tal-informazzjoni miksuba.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Fejn jidħlu d-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirreferi b’mod partikolari għall-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju kif ukoll għall-konformità ma’ kull obbligu tal-kopertura u tal-kwalità tas-servizz marbut mad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u l-verifika tagħhom.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jeżiġu li impriżi jipprovdu informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinfurmawhom bl-għan speċifiku għalfejn se tintuża din l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 21 4.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra ma għandhomx jidduplikaw it-talbiet għal informazzjoni li diġà għamel il-BEREC taħt l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1971 fejn il-BEREC ikun għamel l-informazzjoni riċevuta disponibbli għal dawk l-awtoritajiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|