|
+Artikolu 21 1. |
Artikolu 21 1.Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 20 u għall-obbligi tal-informazzjoni u tar-rappurtar skont il-liġi nazzjonali barra mill-awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu biss jeżiġu lill-impriżi biex jipprovdu informazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu jew l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), li tkun proporzjonata u ġustifikata oġġettivament b’mod partikolari għall-finijiet ta’:
(a)
verifika, fuq bażi sistematika jew skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjoni 1 tal-Parti A, mal-kondizzjonijiet 2 u 6 tal-Parti D, u mal-kondizzjonijiet 2 u 7 tal-Parti E, tal-Anness I u tal-konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 13(2);
(b)
verifika, abbażi ta’ skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjonijiet kif stipulat fl-Anness I meta jasal ilment jew meta l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet oħra biex temmen li kondizzjoni ma tkunx qed titħares jew fil-każ ta’ xi investigazzjoni mill-awtorità kompetenti bl-inizjattiva tagħha stess;
(c)
twettiq tal-proċeduri għal, u l-valutazzjoni ta’, talbiet għall-għoti tad-drittijiet tal-użu;
(d)
il-pubblikazzjoni ta’ rapporti komparattivi tal-kwalità u tal-prezz tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;
(e)
tqabbil ta’ statistika, rapporti jew studji definiti b’mod ċar;
(f)
twettiq ta’ analiżi tas-suq għall-finijiet ta’ din id-Direttiva inkluż data dwar is-swieq downstream jew is-swieq tal-imnut assoċjata mas-swieq jew relatata magħhom li huma s-suġġett tal-analiżi tas-suq;
(g)
salvagwardja tal-użu effiċjenti u l-iżgurar tal-ġestjoni effettiva tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi tan-numerazzjoni;
(h)
l-evalwazzjoni tal-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa li jkunu disponibbli għall-kompetituri, dwar il-kopertura territorjali, dwar il-konnettività disponibbli għall-utenti finali jew dwar l-identifikazzjoni taż-żoni skont l-Artikolu 22;
(i)
it-twettiq ta’ stħarriġ ġeografiku;
(j)
rispons għal talbiet motivati għal informazzjoni mill-BEREC. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) u (d) sa (j) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tintalab qabel jingħata, jew bħala kondizzjoni għal, l-aċċess għas-suq. Il-BEREC jista’ jiviluppa mudelli għal talbiet għal informazzjoni, fejn meħtieġ, biex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni u l-analiżi konsolidata tal-informazzjoni miksuba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|