+Artikolu 28 Koordinazzjoni tal-Ispektrum tar-Radju bejn l-Istati Membri
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Koordinazzjoni tal-Ispektrum tar-Radju bejn l-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jiżguraw li l-użu tal-ispektrum tar-radju jkun organizzat fit-territorju tagħhom b’tali mod li l-ebda Stat Membru ieħor ma jkun imfixkel milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju, skont il-liġi tal-Unjoni, speċjalment minħabba interferenza dannuża transfruntiera bejn l-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa għal dan il-għan mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom bil-liġi internazzjonali u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti bħar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU u l-Ftehimiet Reġjonali tal-ITU dwar ir-Radju.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u, fejn ikun xieraq, permezz tal-RSPG, fil-koordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispektrum tar-radju, biex:
(a)
jiżguraw il-konformità mal-paragrafu 1;
(b)
jirriżolvu kull problema jew tilwima b’rabta mal-koordinazzjoni transfruntiera jew mal-interferenza transfruntiera dannuża bejn Stati Membri, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, li timpedixxi lill-Istati Membri milli jużaw l-ispektrum armonizzat tar-radju fit-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Biex jiżgura l-konformità mal-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru affettwat jista’ jitlob lill-RSPG biex juża s-servizzi tiegħu, biex isolvi kwalunkwe problema jew tilwima marbuta mal-koordinazzjoni transfruntiera jew l-interferenza transfruntiera dannuża. Fejn ikun xieraq, l-RSPG jista’ joħroġ opinjoni li tipproponi riżoluzzjoni koordinata fir-rigward ta’ tali problema jew tilwima
|
|
Artikolu 28 4.
|
Fejn l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunux irriżolvew il-problema jew it-tilwima, u fuq it-talba ta’ kwalunkwe Stat Membru affettwat, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ ta’ kwalunkwe opinjoni tal-RSPG li tirrakkomanda soluzzjoni koordinata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta deċiżjonijiet indirizzati lill-Istati Membri kkonċernati mill-kwistjoni mhux riżolta ta’ interferenza dannuża permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni biex issolvi interferenzi transfruntiera dannużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar li jżommuhom milli jużaw l-ispektrum armonizzat tar-radju fit-territorju tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).
|
|
Artikolu 28 5.
|
L-Unjoni għandha, fuq it-talba ta’ kwalunkwe Stat Membru affettwat, tipprovdi appoġġ legali, politiku u tekniku sabiex jissolvew kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju ma’ pajjiżi ġirien tal-Unjoni, inkluż pajjiżi kandidati u pajjiżi li ser jissieħbu, b’tali mod li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu josservaw l-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Fil-forniment ta’ tali assistenza, l-Unjoni għandha tippromwovi l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|