Fejn l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunux irriżolvew il-problema jew it-tilwima, u fuq it-talba ta’ kwalunkwe Stat Membru affettwat, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ ta’ kwalunkwe opinjoni tal-RSPG li tirrakkomanda soluzzjoni koordinata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta deċiżjonijiet indirizzati lill-Istati Membri kkonċernati mill-kwistjoni mhux riżolta ta’ interferenza dannuża permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni biex issolvi interferenzi transfruntiera dannużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar li jżommuhom milli jużaw l-ispektrum armonizzat tar-radju fit-territorju tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).