L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jiżguraw li l-użu tal-ispektrum tar-radju jkun organizzat fit-territorju tagħhom b’tali mod li l-ebda Stat Membru ieħor ma jkun imfixkel milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju, skont il-liġi tal-Unjoni, speċjalment minħabba interferenza dannuża transfruntiera bejn l-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa għal dan il-għan mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom bil-liġi internazzjonali u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti bħar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU u l-Ftehimiet Reġjonali tal-ITU dwar ir-Radju.