Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tkun biħsiebha twettaq proċedura ta’ għażla skont l-Artikolu 55(2) fir-rigward tal-ispektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun possibbli l-użu tiegħu għal netwerks u servizzi ta’ broadband bla fili, hija għandha, skont l-Artikolu 23, tinforma lill-RSPG bi kwalunkwe abbozz ta’ miżura li jaqa’ fl-ambitu tal-proċedura tal-għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 55(2), u tindika jekk u meta ser titlob lill-RSPG biex ilaqqa’ Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari.
Meta jintalab jagħmel dan, l-RSPG għandu jorganizza Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari biex jiddiskuti u jiskambja l-fehmiet dwar l-abbozzi tal-miżuri trażmessi u għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar dawk l-abbozzi ta’ miżuri.
Il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jkun magħmul mill-membri tal-RSPG u organizzat u ppresedut minn rappreżentant tal-RSPG.