+Artikolu 35 Proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.
---+Artikolu 35 9.
|
Artikolu 35 Proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tkun biħsiebha twettaq proċedura ta’ għażla skont l-Artikolu 55(2) fir-rigward tal-ispektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun possibbli l-użu tiegħu għal netwerks u servizzi ta’ broadband bla fili, hija għandha, skont l-Artikolu 23, tinforma lill-RSPG bi kwalunkwe abbozz ta’ miżura li jaqa’ fl-ambitu tal-proċedura tal-għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 55(2), u tindika jekk u meta ser titlob lill-RSPG biex ilaqqa’ Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari.
Meta jintalab jagħmel dan, l-RSPG għandu jorganizza Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari biex jiddiskuti u jiskambja l-fehmiet dwar l-abbozzi tal-miżuri trażmessi u għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar dawk l-abbozzi ta’ miżuri.
Il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jkun magħmul mill-membri tal-RSPG u organizzat u ppresedut minn rappreżentant tal-RSPG.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Mhux aktar tard minn waqt il-konsultazzjoni pubblika mwettqa skont l-Artikolu 23, l-RSPG jista’ jieħu, b’mod eċċezzjonali, l-inizjattiva li jlaqqa’ Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari skont ir-regoli ta’ proċedura biex jorganizzah sabiex jiġu skambjati l-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar l-abbozz tal-miżura relatat ma’ proċedura tal-għażla meta jqis li l-abbozz tal-miżura jkun jippreġudika b’mod sinifikanti l-ħila tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 3, 45, 46 u 47.
|
|
Artikolu 35 3.
|
L-RSPG għandu jiddefinixxi minn qabel u jagħmel pubbliċi l-kriterji oġġettivi għat-tlaqqigħ eċċezzjonali tal-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Waqt il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-abbozz tal-miżura:
(a)
jippromwovi l-iżvilupp tas-suq intern, inkluż il-forniment transfruntier tas-servizzi, kif ukoll il-kompetizzjoni, u jimmassimizza l-benefiċċji għall-konsumatur, u b’mod ġenerali jikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, 45, 46 u 47 ta’ din id-Direttiva, kif ukoll id-Deċiżjonijiet Nru 676/2002/KE u Nru 243/2012/UE;
(b)
jiżgura l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju; u
(c)
jiżgura kondizzjonijiet stabbli u prevedibbli ta’ investiment għall-utenti eżistenti u prospettivi tal-ispektrum tar-radju meta jiġu skjerati n-netwerks għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiddependu fuq l-ispektrum tar-radju.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni volontarja minn awtoritajiet kompetenti oħra u mill-BEREC.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jitlaqqa’ darba biss waqt il-proċess nazzjonali ta’ tħejjija u konsultazzjoni ġenerali ta’ proċedura tal-għażla unika li tikkonċerna banda waħda tal-ispektrum tar-radju jew aktar, ħlief jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra titlob li jitlaqqa’ mill-ġdid.
|
|
Artikolu 35 7.
|
Fuq talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li talbet il-laqgħa, l-RSPG jista’ jadotta rapport dwar kif l-abbozz tal-miżura jilħaq l-għanijiet previsti fil-paragrafu 4, filwaqt li jirrifletti l-fehmiet skambjati fil-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari.
|
|
Artikolu 35 8.
|
Kull sena fi Frar l-RSPG għandu jippubblika rapport li jikkonċerna l-abbozzi tal-miżuri diskussi skont il-paragrafi 1 u 2. Ir-rapport għandu jindika l-esperjenzi u l-aħjar prattiki nnutati.
|
|
Artikolu 35 9.
|
Wara l-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari, fuq talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li talbet l-laqgħa, l-RSPG jista’ jadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-miżura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|