|
+Artikolu 37 Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju |
Artikolu 37 Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radjuArtikolu 37 Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju Żewġ Stati Membri jew iżjed jistgħu jikkooperaw ma’ xulxin u mal-RSPG filwaqt li jqisu kwalunkwe interess espress mill-parteċipanti tas-suq, billi b’mod konġunt jistabbilixxu l-aspetti komuni ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni u, fejn jixraq, b’mod konġunt ukoll imexxu l-proċedura tal-għażla biex jingħataw id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju. Fit-tfassil tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-kriterji li ġejjin:
(a)
il-proċessi individwali ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali għandhom jinbdew u jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti skont skeda maqbula b’mod konġunt;
(b)
għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet u proċeduri komuni għall-għażla u għall-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati;
(c)
għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet komuni jew paragunabbli li jridu jinhemżu mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati, fost l-oħrajn biex l-utenti jitħallew jiġu assenjati blokok simili tal-ispektrum tar-radju;
(d)
għandu jkun miftuħ fi kwalunkwe żmien għal Stati Membri oħra sa meta l-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta jkun sar. Fejn, minkejja l-interess espress minn parteċipanti fis-suq, l-Istati Membri ma jaġixxux b’mod konġunt, huma għandhom jinformaw lil dawk il-parteċipanti fis-suq bir-raġunijiet li jispjegaw id-deċiżjoni tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|