+KAPITOLU II Assenjazzjoni konsistenti tal-ispektrum tar-radju
---+Artikolu 35 Proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari
------+Artikolu 35 1.
------+Artikolu 35 2.
------+Artikolu 35 3.
------+Artikolu 35 4.
------+Artikolu 35 5.
------+Artikolu 35 6.
------+Artikolu 35 7.
------+Artikolu 35 8.
------+Artikolu 35 9.
---+Artikolu 36 Assenjazzjoni armonizzata ta’ spektrum tar-radju
---+Artikolu 37 Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

KAPITOLU II Assenjazzjoni konsistenti tal-ispektrum tar-radju

KAPITOLU II Assenjazzjoni konsistenti tal-ispektrum tar-radju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 Proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari
Artikolu 36 Assenjazzjoni armonizzata ta’ spektrum tar-radju

Artikolu 36

Assenjazzjoni armonizzata ta’ spektrum tar-radju

Fejn l-użu ta’ spektrum tar-radju jkun ġie armonizzat, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri tal-aċċess jkunu ġew miftiehma, u l-impriżi li lilhom għandu jiġi assenjat l-ispektrum tar-radju ikunu ntgħażlu skont ftehimiet internazzjonali u r-regoli tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu d-dritt ta’ użu ta’ dan l-ispektrum tar-radju skont dan. Sakemm il-kondizzjonijiet nazzjonali kollha marbuta mad-dritt ta’ użu tal-ispektrum tar-radju konċernati jkunu ġew sodisfatti fil-każ ta’ proċedura ta’ għażla komuni, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi kondizzjonijiet, kriterji addizzjonali jew proċeduri oħra li jirrestrinġu, ibiddlu jew idewmu l-implimentazzjoni korretta tal-assenjazzjoni komuni ta’ dak l-ispektrum tar-radju.

Artikolu 37 Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

Artikolu 37

Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

Żewġ Stati Membri jew iżjed jistgħu jikkooperaw ma’ xulxin u mal-RSPG filwaqt li jqisu kwalunkwe interess espress mill-parteċipanti tas-suq, billi b’mod konġunt jistabbilixxu l-aspetti komuni ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni u, fejn jixraq, b’mod konġunt ukoll imexxu l-proċedura tal-għażla biex jingħataw id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju.

Fit-tfassil tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-proċessi individwali ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali għandhom jinbdew u jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti skont skeda maqbula b’mod konġunt;

(b) 

għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet u proċeduri komuni għall-għażla u għall-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati;

(c) 

għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet komuni jew paragunabbli li jridu jinhemżu mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati, fost l-oħrajn biex l-utenti jitħallew jiġu assenjati blokok simili tal-ispektrum tar-radju;

(d) 

għandu jkun miftuħ fi kwalunkwe żmien għal Stati Membri oħra sa meta l-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta jkun sar.

Fejn, minkejja l-interess espress minn parteċipanti fis-suq, l-Istati Membri ma jaġixxux b’mod konġunt, huma għandhom jinformaw lil dawk il-parteċipanti fis-suq bir-raġunijiet li jispjegaw id-deċiżjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.