+Artikolu 46 Awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.

Artikolu 46 Awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-użu ta’ spektrum, inkluż l-użu kondiviż, tar-radju taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali u jillimitaw l-għoti tad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju għal sitwazzjonijiet fejn tali drittijiet huma neċessarji biex jimmassimizzaw l-użu effiċjenti fid-dawl tad-domanda u fil-waqt li jieħdu kont tal-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu. Fil-każijiet kollha l-oħra, dawn għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu tal-ispektrum tar-radju f’awtorizzazzjoni ġenerali.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq ir-reġim l-aktar xieraq għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju, filwaqt li jieħdu kont ta’:

(a) 

il-karatteristiċi speċifiċi tal-ispektrum tar-radju kkonċernat;

(b) 

il-bżonn ta’ protezzjoni kontra l-interferenza dannuża;

(c) 

l-iżvilupp ta’ kondizzjonijiet affidabbli għall-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju, fejn xieraq;

(d) 

il-ħtieġa li tkun żgurata l-kwalità teknika tal-komunikazzjonijiet jew tas-servizz;

(e) 

għanijiet ta’ interess ġenerali kif stabbiliti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;

(f) 

il-ħtieġa li jkun salvagwardat l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju.

Meta jkunu qed jikkunsidraw jekk joħorġux awtorizzazzjonijiet ġenerali jew jekk jagħtux drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju, filwaqt li jqisu l-miżuri ta’ implimentazzjoni teknika adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jimminimizzaw il-problemi ta’ interferenza dannuża, inkluż f’każijiet ta’ użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju abbażi ta’ taħlita ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u drittijiet individwali tal-użu.

Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li jawtorizzaw l-użu tal-ispektrum tar-radju abbażi ta’ taħlita ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ drittijiet individwali tal-użu, b’kont meħud tal-effetti probabbli ta’ taħlitiet differenti ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ drittijiet individwali tal-użu u ta’ trasferimenti gradwali minn kategorija għall-oħra fuq il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u d-dħul fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jippruvaw jimminimizzaw ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju billi jieħdu kont xieraq ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-ġestjoni ta’ interferenza dannuża sabiex jiġi impost l-inqas reġim ta’ awtorizzazzjoni oneruż possibbli.

Artikolu 46 2.
Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet tal-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju jkunu stabbiliti b’mod ċar. Tali kondizzjonijiet għandhom jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.