|
+Artikolu 55 2. |
Artikolu 55 2.Meta Stat Membru jikkonkludi li l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu għandu jiġi limitat, dan għandu jistabbilixxi b’mod ċar, u jagħti r-raġunijiet għal, l-għanijiet segwiti permezz ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva taħt dan l-Artikolu, u fejn possibbli għandu jikkwantifikahom, filwaqt li jagħti l-importanza mistħoqqa għall-ħtieġa li jiġu sodisfatti l-għanijiet tas-suq nazzjonali u intern. L-għanijiet li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi bil-ħsieb li titfassal proċedura speċifika tal-għażla għandhom, flimkien mal-promozzjoni tal-kompetizzjoni, ikunu limitati għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
il-promozzjoni tal-kopertura;
(b)
l-iżgurar tal-kwalità meħtieġa tas-servizz;
(c)
il-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, inkluż billi jittieħed kont tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ta’ użu u tal-livell tat-tariffi;
(d)
il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp tan-negozju. L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tiddefinixxi u tiġġustifika b’mod ċar is-selezzjoni tal-proċedura tal-għażla, inkluż kwalunkwe fażi preliminari biex ikun hemm aċċess għall-proċedura tal-għażla. Din għandha wkoll tiddikjara b’mod ċar l-eżitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni relatata tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq u għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-użu u selezzjoni possibbli ta’ miżuri skont l-Artikolu 35. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|