|
+Artikolu 67 1. |
Artikolu 67 1.L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiddeterminaw jekk suq rilevanti definit skont l-Artikolu 64(3) ikunx tali li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbilit f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida SMP u għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 meta jkunu qed iwettqu tali analiżi. Suq jista’ jiġi kkunsidrat li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f’din id-Direttiva jekk ikunu sodisfatti l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
ikunu preżenti ostakli strutturali, legali jew regolatorji kbar u mhux transitorji għad-dħul;
(b)
ikun hemm struttura tas-suq li ma tkunx tidher inklinata lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti, wara li jkun tqies l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u sorsi oħra ta’ kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;
(c)
id-dritt tal-kompetizzjoni waħdu ma jkunx biżżejjed biex jindirizza b’mod adegwat il-falliment jew fallimenti tas-swieq identifikati. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq analiżi ta’ suq li jkun inkluż fir-Rakkomandazzjoni, din għandha tikkunsidra li l-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ġew sodisfatti, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tistabbilixxix li kriterju jew iktar minn tali kriterji ma jkunx ġie sodisfatt fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|