+Artikolu 67 Proċedura ta’ analiżi tas-suq
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
---+Artikolu 67 6.
|
Artikolu 67 Proċedura ta’ analiżi tas-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiddeterminaw jekk suq rilevanti definit skont l-Artikolu 64(3) ikunx tali li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbilit f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida SMP u għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 meta jkunu qed iwettqu tali analiżi.
Suq jista’ jiġi kkunsidrat li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f’din id-Direttiva jekk ikunu sodisfatti l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
ikunu preżenti ostakli strutturali, legali jew regolatorji kbar u mhux transitorji għad-dħul;
(b)
ikun hemm struttura tas-suq li ma tkunx tidher inklinata lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti, wara li jkun tqies l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u sorsi oħra ta’ kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;
(c)
id-dritt tal-kompetizzjoni waħdu ma jkunx biżżejjed biex jindirizza b’mod adegwat il-falliment jew fallimenti tas-swieq identifikati.
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq analiżi ta’ suq li jkun inkluż fir-Rakkomandazzjoni, din għandha tikkunsidra li l-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ġew sodisfatti, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tistabbilixxix li kriterju jew iktar minn tali kriterji ma jkunx ġie sodisfatt fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq l-analiżi meħtieġa mill-paragrafu 1, din għandha tikkunsidra l-iżviluppi minn perspettiva li tħares ’il quddiem fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni imposta abbażi ta’ dan l-Artikolu f’dak is-suq rilevanti, u filwaqt li tqis dawn kollha li ġejjin:
(a)
żviluppi tas-suq li jaffettwaw il-probabbiltà li s-suq rilevanti jkun inklinat lejn kompetizzjoni effettiva;
(b)
ix-xkiel kollu rilevanti għall-kompetizzjoni, fil-livell bl-ingrossa u fil-livell bl-imnut tal-operaturi, irrispettivament minn jekk is-sorsi ta’ dan ix-xkiel ikunux netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tipi oħra ta’ servizzi jew ta’ applikazzjonijiet li jkunu paragunabbli mill-perspettiva tal-utent finali, u irrispettivament minn jekk dan ix-xkiel ikunx parti mis-suq rilevanti;
(c)
tipi oħra ta’ regolamentazzjoni jew ta’ miżuri li jkunu imposti u li jkun qed jaffettwaw is-suq rilevanti jew is-suq jew is-swieq bl-imnut relatati matul il-perijodu rilevanti, inkluż, mingħajr limitazzjoni, l-obbligi imposti skont l-Artikoli 44, 60 u 61;
(d)
regolament impost fuq is-swieq rilevanti oħra abbażi ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li suq rilevanti ma jiġġustifikax l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-proċedura fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, jew fejn l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma ġewx sodisfatti, ma għandhiex timponi jew iżżomm xi obbligi regolatorji speċifiċi regolatorji f’konformità mal-Artikolu 68. Fejn ikun hemm diġà obbligi regolatorji speċifiċi għas-settur imposti skont l-Artikolu 68, għandha tirtira dawk l-obbligi mqiegħda fuq impriżi f’dak is-settur rilevanti.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati minn tali rtirar tal-obbligi jkollhom perijodu xieraq ta’ avviż, li jiġi definit billi jinkiseb bilanċ bejn il-ħtieġa li tiġi żgurata transizzjoni sostenibbli għall-benefiċjarji ta’ dawn l-obbligi u l-utenti finali, l-għażla tal-utenti finali, u li r-regolamentazzjoni ma tissoktax lil hinn minn dak li jkun neċessarju. Meta jistabbilixxu tali perijodu ta’ avviż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi u perijodi ta’ avviż b’rabta mal-ftehimiet eżistenti ta’ aċċess.
|
|
Artikolu 67 4.
|
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li f’suq rilevanti l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu hija ġġustifikata, hija għandha tidentifika kwalunkwe impriża li individwalment jew flimkien ma’ impriżi oħra għandhom saħħa sinifikanti f’dak is-suq rilevanti skont l-Artikolu 63. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi fuq dawk l-impriżi l-obbligi regolatorji speċifiċi xierqa f’konformità mal-Artikolu 68 jew iżżomm jew temenda tali obbligi fejn diġà jeżistu jekk tqis li l-eżitu għall-utenti finali ma jkunx effettivament kompetittiv fl-assenza ta’ dawk l-obbligi.
|
|
Artikolu 67 5.
|
Miżuri meħuda skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-suq rilevanti u jinnotifikaw l-abbozz ta’ miżura korrispondenti skont l-Artikolu 32:
(a)
fi żmien ħames snin mill-adozzjoni tal-miżura preċedenti meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun iddefinixxiet is-suq rilevanti u ddeterminat liema impriżi għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. B’mod eċċezzjonali, dak il-perijodu ta’ ħames snin jista’ jiġi estiż għal mhux aktar minn sena oħra, fejn l-awtorità nazzjonali regolatorja tkun innotifikat proposta motivata għal estensjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ xhur qabel l-iskadenza tal-ħames snin, u l-Kummissjoni ma tkunx oġġezzjonat fi żmien xahar mill-estensjoni notifikata;
(b)
fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni riveduta dwar is-swieq rilevanti, għas-swieq li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni; jew
(c)
fi żmien tliet snin mill-adeżjoni tagħhom, għall-Istati Membri li għadhom kif issieħbu mal-Unjoni.
|
|
Artikolu 67 6.
|
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tqis li possibbilment ma tlestix jew ma tkunx lestiet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, fuq talba, jipprovdi assistenza lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata fit-tlestija tal-analiżi tas-suq speċifiku u l-obbligi speċifiċi li ser jiġu imposti. B’din l-assistenza, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha, fi żmien sitt xhur mil-limitu stipulat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, tinnotifika l-abbozz ta’ miżura lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|