|
+Artikolu 67 2. |
Artikolu 67 2.Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq l-analiżi meħtieġa mill-paragrafu 1, din għandha tikkunsidra l-iżviluppi minn perspettiva li tħares ’il quddiem fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni imposta abbażi ta’ dan l-Artikolu f’dak is-suq rilevanti, u filwaqt li tqis dawn kollha li ġejjin:
(a)
żviluppi tas-suq li jaffettwaw il-probabbiltà li s-suq rilevanti jkun inklinat lejn kompetizzjoni effettiva;
(b)
ix-xkiel kollu rilevanti għall-kompetizzjoni, fil-livell bl-ingrossa u fil-livell bl-imnut tal-operaturi, irrispettivament minn jekk is-sorsi ta’ dan ix-xkiel ikunux netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tipi oħra ta’ servizzi jew ta’ applikazzjonijiet li jkunu paragunabbli mill-perspettiva tal-utent finali, u irrispettivament minn jekk dan ix-xkiel ikunx parti mis-suq rilevanti;
(c)
tipi oħra ta’ regolamentazzjoni jew ta’ miżuri li jkunu imposti u li jkun qed jaffettwaw is-suq rilevanti jew is-suq jew is-swieq bl-imnut relatati matul il-perijodu rilevanti, inkluż, mingħajr limitazzjoni, l-obbligi imposti skont l-Artikoli 44, 60 u 61;
(d)
regolament impost fuq is-swieq rilevanti oħra abbażi ta’ dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|