+Artikolu 68 Impożizzjoni, emendar jew irtirar tal-obbligi
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.
---+Artikolu 68 6.

Artikolu 68 Impożizzjoni, emendar jew irtirar tal-obbligi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u l-Artikoli 76 sa 81.
Artikolu 68 2.
Fejn impriża tkun deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti f’suq speċifiku bħala riżultat tal-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, skont kif xieraq, jimponu xi wieħed mill-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħżel l-inqas mod intrużiv biex tindirizza problemi identifikati fl-analiżi tas-suq.
Artikolu 68 3.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80 biss fuq impriżi li ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għal:

(a) 

l-Artikoli 61 u 62,

(b) 

l-Artikoli 44 u 17 ta’ din id-Direttiva, il-Kondizzjoni 7 fil-Parti D tal-Anness I kif applikata bis-saħħa tal-Artikolu 13(1) ta’ din id-Direttiva, l-Artikoli 97 u 106 ta’ din id-Direttiva u dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE li fihom obbligi fuq impriżi li ma jkunux dawk deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, jew

(c) 

il-ħtieġa ta’ konformità ma’ obbligi internazzjonali.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq obbligi oħra għall-aċċess jew interkonnessjoni barra minn dawk stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, tadotta deċiżjonijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jawtorizzaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali tieħu, jew jipprojbixxu lill-awtorità regolatorja nazzjonali milli tieħu, tali miżuri.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 118(3).

Artikolu 68 4.

L-obbligi imposti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu:

(a) 

bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata minn awtorità regolatorja nazzjonali fl-analiżi tagħha tas-suq, billi jittieħed kont, fejn xieraq, tal-identifikazzjoni tad-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 66;

(b) 

proporzjonati, li jagħtu kas, fejn possibbli, tal-ispejjeż u l-benefiċċji;

(c) 

ġustifikati fid-dawl tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3; u

(d) 

jiġu imposti biss wara li ssir konsultazzjoni f’konformità mal-Artikoli 23 u 32.

Artikolu 68 5.
B’relazzjoni mal-ħtieġa ta’ konformità ma’ obbligi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjonijiet li jimponu, jemendaw jew jirtiraw obbligi fuq impriżi lill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.
Artikolu 68 6.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-impatt ta’ żviluppi ġodda tas-suq, bħal fir-rigward ta’ ftehimiet kummerċjali, inkluż il-ftehimiet ta’ koinvestiment, li jinfluwenzaw id-dinamika kompetittiva.

Jekk dawk l-iżviluppi ma jkunux importanti biżżejjed biex jirrikjedu analiżi ġdida tas-suq skont l-Artikolu 67, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta mingħajr dewmien jekk ikunx neċessarju li jsir rieżami tal-obbligi imposti fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u tiġi emendata kwalunkwe deċiżjoni preċedenti, inkluż billi jiġu rtirati obbligi jew jiġu imposti obbligi ġodda, sabiex jiġi żgurat li dawn l-obbligi jibqgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Tali emendi għandhom jiġu imposti biss wara konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 23 u 32.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.