+Artikolu 74 1.

Artikolu 74 1.

L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, skont l-Artikolu 68, obbligi rigward l-irkupru tal-ispejjeż u l-kontroll tal-prezzijiet, inkluż obbligi rigward l-orjentazzjoni tal-prezzijiet lejn l-ispejjeż u l-obbligi li jikkonċernaw is-sistemi tal-kontabbiltà tal-ispejjeż, għall-forniment ta’ tipi speċifiċi ta’ interkonnessjoni jew aċċess, f’sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li n-nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva jfisser li l-impriża kkonċernata tista’ ssostni prezzijiet f’livell eċċessivament għoli, jew tista’ tikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali.

Meta jiddeterminaw jekk ikunx xieraq li jkun hemm obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali fit-tul fir-rigward tal-introduzzjoni u l-adozzjoni tan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, u b’mod partikolari n-netwerks b’kapaċità kbira ħafna. B’mod partikolari, sabiex jinkoraġġixxu l-investimenti mill-impriża, inkluż fin-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-investiment magħmul mill-impriża. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jidhrilhom li jkun xieraq li jsiru kontrolli tal-prezzijiet, dawn għandhom jippermettu lill-impriża rata raġonevoli ta’ qligħ fuq il-kapital adegwat investit, b’kont meħud ta’ kwalunkwe riskju speċifiku għal proġett tan-netwerk tal-investiment ġdid partikolari.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw li ma jimponux jew iżommu l-obbligi skont dan l-Artikolu fejn jistabbilixxu li hemm ċertu limitu evidenti għall-prezz bl-imnut u li kwalunkwe obbligu impost b’konformità mal-Artikoli 69 sa 73, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe test tar-replikabbiltà ekonomika impost skont l-Artikolu 70, jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju.

Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw li huwa xieraq li jiġu imposti obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet għal aċċess għal elementi ta’ netwerk eżistenti, dawn għandhom iqisu wkoll li l-benefiċċji tal-prezzijiet bl-ingrossa prevedibbli u stabbli b’mod li jiżguraw dħul effiċjenti fis-suq u inċentivi biżżejjed għall-impriżi kollha biex jużaw netwerks ġodda u mtejba.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.