+Artikolu 76 It-trattament regolatorju ta’ elementi ġodda tan-netwerk b’kapaċità kbira ħafna
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.

Artikolu 76 It-trattament regolatorju ta’ elementi ġodda tan-netwerk b’kapaċità kbira ħafna

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1.

L-impriżi li ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti f’suq rilevanti wieħed jew diversi minnhom skont l-Artikolu 67 jistgħu joffru impenji skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 79 u soġġett għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex jiftħu l-introduzzjoni ta’ netwerk ġdid b’kapaċità kbira ħafna li jikkonsisti f’elementi tal-fibra ottika sal-bini jew stazzjon bażi tal-utenti finali, għall-koinvestiment, pereżempju billi tiġi offruta l-koproprjetà jew il-kondiviżjoni tar-riskju fit-tul permezz tal-kofinanzjament jew permezz ta’ ftehimiet ta’ akkwist li jwasslu għal drittijiet speċifiċi ta’ natura strutturali minn fornituri oħra ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tivvaluta dawk l-impenji, hija għandha tiddetermina, b’mod partikolari, jekk l-offerta ta’ koinvestiment tikkonformax mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

hija miftuħa fi kwalunkwe moment matul il-ħajja tan-netwerk għal kwalunkwe fornitur ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b) 

tkun tippermetti lil koinvestituri oħra li jkunu fornituri ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jikkompetu b’mod effettiv u sostenibbli fit-tul fi swieq downstream fejn l-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tkun attiva, b’termini li jinkludu:

(i) 

kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji li jippermettu aċċess għall-kapaċità sħiħa tan-netwerk sa fejn tkun soġġetta għall-koinvestiment;

(ii) 

il-flessibbiltà mil-lat ta’ valur u żmien tal-parteċipazzjoni ta’ kull koinvestitur;

(iii) 

il-possibbiltà li tiżdied il-parteċipazzjoni bħal din fil-futur; u

(iv) 

drittijiet reċiproċi mogħtija mill-koinvestituri wara l-introduzzjoni tal-infrastruttura koinvestita;

(c) 

issir pubblika mill-impriża fil-ħin u, jekk l-impriża ma jkollhiex il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 80(1), mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-introduzzjoni tan-netwerk il-ġdid; dak il-perijodu jista’ jittawwal skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali;

(d) 

dawk li jfittxu l-aċċess li ma jkunux qed jieħdu sehem fil-koinvestiment jistgħu jibbenefikaw mill-bidu mill-istess kwalità, veloċità, kondizzjonijiet u lħuq tal-utenti finali bħal kif kienu disponibbli qabel l-introduzzjoni, akkumpanjati b’mekkaniżmu ta’ adattament maż-żmien, ikkonfermat fid-dawl ta’ żviluppi fis-swieq bl-imnut relatati, li jżomm l-inċentivi għall-parteċipazzjoni fil-koinvestiment; tali mekkaniżmu għandu jiżgura li dawk li jfittxu l-aċċess ikollhom aċċess għall-elementi b’kapaċità kbira ħafna tan-netwerk fi żmien u abbażi ta’ termini trasparenti u nondiskriminatorji li jirriflettu b’mod xieraq il-livelli ta’ riskju mġarrba mill-koinvestituri rispettivi fi stadji differenti tal-introduzzjoni u b’kont meħud tas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq bl-imnut;

(e) 

tikkonforma mill-inqas mal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV u ssir bona fide.

Artikolu 76 2.

Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi, b’kont meħud tar-riżultati tat-test tas-suq imwettaq b’konformità mal-Artikolu 79(2), li l-impenn ta’ koinvestiment offrut jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tagħmel dak l-impenn vinkolanti skont l-Artikolu 79(3), u ma għandha timponi l-ebda obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 68 fir-rigward tal-elementi tan-netwerk ġdid b’kapaċità kbira ħafna li huma soġġetti għall-impenji, jekk mill-inqas koinvestitur potenzjali wieħed ikun daħal fi ftehim ta’ koinvestiment mal-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-trattament regolatorju taċ-ċirkostanzi li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’kont meħud tar-riżultati ta’ kwalunkwe test tas-suq imwettaq b’konformità mal-Artikolu 79(2), iżda li għandhom impatt fuq il-kompetizzjoni u jittieħed kont tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 67 u 68.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, awtorità regolatorja nazzjonali tista’, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, timponi, iżżomm jew tadatta rimedji b’konformità mal-Artikoli 68 sa 74 fir-rigward ta’ netwerks ġodda b’kapaċità kbira ħafna sabiex jiġu indirizzati problemi sinifikanti ta’ kompetizzjoni fi swieq speċifiċi meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn is-swieq, dawn il-problemi ta’ kompetizzjoni ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati mod ieħor.

Artikolu 76 3.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom kontinwament jimmonitorjaw il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u jistgħu jirrikjedu li impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tipprovdilhom dikjarazzjonijiet annwali ta’ konformità.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtorità regolatorja nazzjonali li tieħu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 26(1), fil-każ li tinqala’ tilwima bejn impriżi fir-rigward ta’ ftehim ta’ koinvestiment meqjus minnha li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 76 4.
Il-BEREC, wara li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jippubblika linji gwida biex jippromwovi l-applikazzjoni konsistenti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, u l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.