L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom kontinwament jimmonitorjaw il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u jistgħu jirrikjedu li impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tipprovdilhom dikjarazzjonijiet annwali ta’ konformità.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtorità regolatorja nazzjonali li tieħu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 26(1), fil-każ li tinqala’ tilwima bejn impriżi fir-rigward ta’ ftehim ta’ koinvestiment meqjus minnha li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.