+Artikolu 78 1.

Artikolu 78 1.

Impriżi li kienu deżinjati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f’suq rilevanti wieħed jew diversi minnhom skont l-Artikolu 67 għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali mill-inqas tliet xhur qabel kwalunkwe trasferiment, li jkunu biħsiebhom jagħmlu, tal-assi tagħhom fin-netwerk għall-aċċess lokali jew ta’ parti sostanzjali minnhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta’ ħaddieħor, jew qabel jistabbilixxu entità ta’ negozju separata biex huma jipprovdu lill-fornituri bl-imnut kollha, inklużi d-diviżjonijiet bl-imnut tagħha stess, prodotti ta’ aċċess kompletament ekwivalenti.

Dawk l-impriżi għandhom ukoll jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar kwalunkwe bidla f’dak is-sens kif ukoll dwar l-eżitu finali tal-proċess ta’ separazzjoni.

Tali impriżi jistgħu wkoll joffru impenji li rigward il-kondizzjonijiet tal-aċċess li jkollhom japplikaw għan-netwerk tagħhom matul perijodu ta’ implimentazzjoni wara li tiġi implimentata l-għamla proposta ta’ separazzjoni, bil-ħsieb li jkun żgurat aċċess effettiv u nondiskriminatorju mill-partijiet terzi. L-offerta tal-impenji għandha tinkludi dettalji biżżejjed, inkluż mil-lat ta’ żmien għall-implimentazzjoni u durata, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodu massimu tar-rieżamijiet tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 67(5).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.