+Artikolu 78 Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
---+Artikolu 78 3.
---+Artikolu 78 4.
|
Artikolu 78 Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1.
|
Impriżi li kienu deżinjati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f’suq rilevanti wieħed jew diversi minnhom skont l-Artikolu 67 għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali mill-inqas tliet xhur qabel kwalunkwe trasferiment, li jkunu biħsiebhom jagħmlu, tal-assi tagħhom fin-netwerk għall-aċċess lokali jew ta’ parti sostanzjali minnhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta’ ħaddieħor, jew qabel jistabbilixxu entità ta’ negozju separata biex huma jipprovdu lill-fornituri bl-imnut kollha, inklużi d-diviżjonijiet bl-imnut tagħha stess, prodotti ta’ aċċess kompletament ekwivalenti.
Dawk l-impriżi għandhom ukoll jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar kwalunkwe bidla f’dak is-sens kif ukoll dwar l-eżitu finali tal-proċess ta’ separazzjoni.
Tali impriżi jistgħu wkoll joffru impenji li rigward il-kondizzjonijiet tal-aċċess li jkollhom japplikaw għan-netwerk tagħhom matul perijodu ta’ implimentazzjoni wara li tiġi implimentata l-għamla proposta ta’ separazzjoni, bil-ħsieb li jkun żgurat aċċess effettiv u nondiskriminatorju mill-partijiet terzi. L-offerta tal-impenji għandha tinkludi dettalji biżżejjed, inkluż mil-lat ta’ żmien għall-implimentazzjoni u durata, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodu massimu tar-rieżamijiet tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 67(5).
|
|
Artikolu 78 2.
|
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba flimkien mal-impenji offruti, fejn applikabbli, fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skont din id-Direttiva.
Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi tad-diversi swieq relatati man-netwerk għall-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 67.
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis kwalunkwe impenn offrut mill-impriża, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. B’hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-partijiet terzi skont l-Artikolu 23, u għandha tindirizza, b’mod partikolari, lil dawk il-partijiet terzi li huma affettwati direttament mit-tranżazzjoni maħsuba.
Abbażi tal-analiżi tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 23 u 32, filwaqt li tapplika, jekk xieraq l-Artikolu 80. Fid-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel l-impenji, vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment. B’deroga mill-Artikolu 67(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment, għall-perijodu kollu li għalih ikunu offruti.
|
|
Artikolu 78 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, l-entità ta’ negozju li tkun separata b’mod legali jew b’mod operattiv li tkun ġiet deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 67 tista’ tkun soġġetta, skont kif ikun xieraq, għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikoli 69 sa 74 fi kwalunkwe suq speċifiku, jew għal kwalunkwe obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3), fejn kwalunkwe impenn offrut ma jkunx suffiċjenti biex jissodisfa l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.
|
|
Artikolu 78 4.
|
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-impenji offruti mill-impriżi li tkun għamlet vinkolanti skont il-paragrafu 2 u għandha tikkunsidra l-estensjoni tagħhom meta jiskadi l-perijodu li għalih inizjalment ġew offruti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|