L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura li l-proċess tad-dikummissjonar jew ta’ sostituzzjoni ikun jinkludi skeda taż-żmien u kondizzjonijiet trasparenti, inkluż perijodu xieraq ta’ notifika u ta’ tranżizzjoni, u għandha tistabbilixxi d-disponibbiltà ta’ prodotti alternattivi li minn tal-inqas ikunu ta’ kwalità komparabbli li jipprovdu aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk aġġornata li tissostitwixxi l-elementi mibdula jekk dan ikun meħtieġ biex jitħarsu l-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-utenti finali.
Fir-rigward tal-assi li huma proposti għal dikummissjonar jew sostituzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira l-obbligi wara li tkun żgurat li l-fornitur tal-aċċess:
(a)
stabbilixxa il-kondizzjonijiet xierqa dwar il-migrazzjoni, inkluża d-disponibbiltà ta’ prodott ta’ aċċess alternattiv li minn tal-inqas ikun ta’ kwalità komparabbli li tippermetti lil dawk li jfittxu aċċess jilħqu l-istess utenti finali; u
(b)
ikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-proċess notifikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali skont dan l-Artikolu.
Tali irtirar għandu jiġi implimentat skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.