+Artikolu 86 Id-disponibbiltà ta’ servizz universali
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.
---+Artikolu 86 4.
---+Artikolu 86 5.
|
Artikolu 86 Id-disponibbiltà ta’ servizz universali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86 1.
|
Fejn Stat Membru jkun stabbilixxa, wara li jqis ir-riżultati, fejn dawn ikunu disponibbli, tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont l-Artikolu 22(1), u kwalunkwe evidenza addizzjonali fejn neċessarja, li d-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, ma jistgħux ikunu żgurati b’ċirkostanzi kummerċjali normali jew bi strumenti potenzjali oħrajn tal-politika pubblika fit-territorju nazzjonali tiegħu jew partijiet minnu, dan jista’ jimponi obbligi tas-servizz universali xierqa biex jintlaħqu t-talbiet raġonevoli kollha minn utenti finali għall-aċċess ta’ dawn is-servizzi fil-partijiet rilevanti tat-territorju tiegħu.
|
|
Artikolu 86 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-aktar approċċ effiċjenti u adattat biex jiżguraw id-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband, kif definit skont l-Artikolu 84(3), u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-oġġettività, trasparenza, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom jaraw li jnaqqsu kemm jista’ jkun id-distorsjonijiet fis-suq, b’mod partikolari l-forniment tas-servizzi bi prezzijiet jew suġġetti għal termini u kondizzjonijiet oħra li jitilqu mill-kondizzjonijiet kummerċjali normali, filwaqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku.
|
|
Artikolu 86 3.
|
B’mod partikolari, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu obbligi biex tkun żgurata għal utenti finali d-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband, kif definit fl-Artikolu 84(3), u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, huma jistgħu jiddeżinjaw impriża waħda jew aktar biex jiggarantixxu tali disponibbiltà fit-territorju nazzjonali kollu. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw impriżi differenti jew settijiet ta’ impriżi biex jipprovdu servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss jew biex ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali.
|
|
Artikolu 86 4.
|
Meta l-Istati Membri jiddeżinjaw impriżi f’parti tat-territorju nazzjonali jew fit-territorju nazzjonali kollu biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jagħmlu dan billi jużaw mekkaniżmu ta’ deżinjazzjoni effiċjenti, oġġettiv, trasparenti u nondiskriminatorju, li bih ebda impriża ma tkun eskluża a priori milli tiġi deżinjata. Tali metodi ta’ deżinjazzjoni għandhom jiżguraw li jkunu provduti servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss b’mod kosteffettiv u jistgħu jintużaw bħala mezz biex tiġi stabbilita l-ispiża netta tal-obbligu tas-servizz universali skont l-Artikolu 89.
|
|
Artikolu 86 5.
|
Meta impriża deżinjata b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jkollha l-intenzjoni li tgħaddi l-assi tagħha, ta’ network ta’ aċċess lokali, kollha, jew parti sostanzjali minnhom, lil entità legali separata ta’ sidien differenti, hija għandha tinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra b’mod f’waqtu, biex dik l-awtorità tkun tista’ tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni intiża fuq il-forniment f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi. L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tista’ timponi, temenda jew tirtira obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 13(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|