+Artikolu 88 Kontroll tal-infiq
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.

Artikolu 88 Kontroll tal-infiq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jipprovdu faċilitajiet u servizzi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 84, il-fornituri ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi skont l-Artikoli 84 sa 87 jistabbilixxu termini u kondizzjonijiet b’tali mod li l-utent finali ma jkunx obbligat iħallas għal faċilitajiet jew servizzi li ma jkunux neċessarji jew li ma jkunux meħtieġa għas-servizz mitlub.
Artikolu 88 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi msemmija fl-Artikolu 84 li jipprovdu servizzi skont l-Artikolu 85 joffru l-faċilitajiet speċifiċi u s-servizzi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VI kif applikabbli, sabiex il-konsumaturi jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw l-infiq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri jistabbilixxu sistema biex jevitaw qtugħ mhux ġustifikat ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi jew ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband fir-rigward ta’ konsumaturi msemmija fl-Artikolu 85, inkluż mekkaniżmu adegwat li jiċċekkja l-interess kontinwu fl-użu tas-servizz.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Artikolu 88 3.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tkun tista’ ma tapplikax il-ħtiġijiet tal-paragrafu 2 fit-territorju nazzjonali tagħha kollu jew f’parti minnu jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-faċilità tkun disponibbli b’mod wiesa’.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.