L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi msemmija fl-Artikolu 84 li jipprovdu servizzi skont l-Artikolu 85 joffru l-faċilitajiet speċifiċi u s-servizzi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VI kif applikabbli, sabiex il-konsumaturi jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw l-infiq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri jistabbilixxu sistema biex jevitaw qtugħ mhux ġustifikat ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi jew ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband fir-rigward ta’ konsumaturi msemmija fl-Artikolu 85, inkluż mekkaniżmu adegwat li jiċċekkja l-interess kontinwu fl-użu tas-servizz.
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.