L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċi “00” ikun il-kodiċi standard internazzjonali tal-aċċess. Jistgħu jsiru jew jissoktaw arranġamenti speċjali għall-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq in-numri bejn postijiet transfruntieri qrib xulxin bejn l-Istati Membri.
L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jkollhom pjan tan-numerazzjoni komuni għall-kategoriji kollha jew għal kategoriji speċifiċi tan-numri.
L-utenti finali affettwati minn tali arranġamenti jew ftehimiet għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa.