+Artikolu 93 Riżorsi ta’ numerazzjoni
---+Artikolu 93 1.
---+Artikolu 93 2.
---+Artikolu 93 3.
---+Artikolu 93 4.
---+Artikolu 93 5.
---+Artikolu 93 6.
---+Artikolu 93 7.
---+Artikolu 93 8.

Artikolu 93 Riżorsi ta’ numerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 93 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jikkontrollaw l-għotja ta’ drittijiet ta’ użu tar-riżorsi kollha tan-numerazzjoni nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni u li jipprovdu riżorsi ta’ numerazzjoni adegwati għall-forniment ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-għotja ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni nazzjonali.
Artikolu 93 2.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jagħtu wkoll drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni mill-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil impriżi għajr il-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dment li riżorsi tan-numerazzjoni adegwati jkunu disponibbli biex jissodisfaw id-domanda attwali u prevedibbli għall-futur. Dawk l-impriżi għandhom juru l-kapaċità tagħhom li jamministraw ir-riżorsi tan-numerazzjoni u li jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti stabbilit skont l-Artikolu 94. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jissospendu l-għoti ulterjuri ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni lil impriżi bħal dawn jekk jintwera li jkun hemm riskju ta’ eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni.

Sal-21 ta’ Ġunju 2020, biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jadotta linji gwida, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, dwar kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-amministrazzjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni u tar-riskju ta’ eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni.

Artikolu 93 3.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri nazzjonali għan-numerazzjoni jiġu applikati b’mod li jagħti trattament ugwali lill-fornituri kollha tas-servizzi pubblikament disponibbli tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u lill-impriżi eliġibbli skont il-paragrafu 2. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tingħatalha d-dritt ta’ użu għal riżorsi tan-numerazzjoni ma tiddiskriminax kontra oħrajn li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tar-riżorsi tan-numerazzjoni użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.
Artikolu 93 4.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħmlu disponibbli firxa ta’ numri mhux ġeografiċi li jistgħu jintużaw għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, fit-territorju kollu tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u għall-Artikolu 97(2) ta’ din id-Direttiva. Meta d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni jkunu ngħataw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lil impriżi għajr fornituri ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan il-paragrafu għandu japplika għas-servizzi speċifiċi li d-drittijiet tal-użu jkunu ngħataw għall-forniment tagħhom.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet, elenkati fil-Parti E tal-Anness I li jistgħu jintrabtu mad-drittijiet tal-użu għal riżorsi tan-numerazzjoni użati għall-forniment ta’ servizzi barra l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, u l-infurzar tagħhom, ikunu daqstant stretti bħal-kondizzjonijiet u mill-infurzar applikabbli għas-servizzi pprovduti ġewwa l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, f’konformità ma’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw ukoll f’konformità mal-Artikolu 94(6) li l-fornituri li jużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tagħhom fi Stati Membri oħra jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli nazzjonali oħrajn relatati mal-użu ta’ riżorsi tan-numerazzjoni applikabbli f’dawk l-Istati Membri fejn ikunu qed jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni. Dan l-obbligu hu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri.

Il-BEREC għandu jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn fuq talba tagħhom, biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali fl-Unjoni.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jistabbilixxi bażi tad-data dwar ir-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali fl-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti lill-BEREC. Meta r-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali ma jingħatawx mill-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità kompetenti responsabbli mill-għoti jew il-ġestjoni tagħhom għandha tikkonsulta lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

Artikolu 93 5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċi “00” ikun il-kodiċi standard internazzjonali tal-aċċess. Jistgħu jsiru jew jissoktaw arranġamenti speċjali għall-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq in-numri bejn postijiet transfruntieri qrib xulxin bejn l-Istati Membri.

L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jkollhom pjan tan-numerazzjoni komuni għall-kategoriji kollha jew għal kategoriji speċifiċi tan-numri.

L-utenti finali affettwati minn tali arranġamenti jew ftehimiet għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa.

Artikolu 93 6.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 106, l-Istati Membri għandhom jippromwovu forniment fl-arja meta jkun fattibbli teknikament, biex jeħfief il-bdil tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-utenti finali, b’mod partikolari l-fornituri u l-utenti finali tas-servizzi bejn magna u oħra.
Artikolu 93 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjani nazzjonali tagħhom ta’ numerazzjoni, u ż-żidiet kollha sussegwenti jew emendi għalihom, jiġu ppubblikati, bla ħsara biss għall-limitazzjonijiet imposti fuq il-bażi ta’ sigurtà nazzjonali.
Artikolu 93 8.

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-armonizzazzjoni ta’ numri speċifiċi jew firxiet ta’ numri fil- fl-Unjoni meta dik tippromwovi kemm il-funzjonament tas-suq intern kif ukoll tappoġġa l-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej. Fejn meħtieġ biex tindirizza d-domanda transfruntiera jew pan-Ewropea għar-riżorsi tan-numerazzjoni li ma tkun ġiet sodisfatta, il-Kummissjoni għandha tadotta, b’kont meħud bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, atti ta’ implimentazzjoni li jarmonizzaw numri speċifiċi jew firxiet ta’ numerazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.