Sal-21 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li jkunu diverġenti minn dawk stipulati fl-Artikoli 102 sa 115 dment li dawk id-dispożizzjonijiet kienu fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2018 u kwalunkwe restrizzjoni għall-funzjonament tas-suq intern li tirriżulta minnhom tkun proporzjonata għall-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2019 bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li għandha tiġi applikata abbażi ta’ dan il-paragrafu.