|
+Artikolu 102 3. |
Artikolu 102 3.Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għajr is-servizzi tat-trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna għandhom jipprovdu lill-konsumaturi sommarju tal-kuntratt konċiż u li jinqara faċilment. Dak is-sommarju għandu jidentifika l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1. Dawk l-elementi ewlenin għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-fornitur u, jekk ikunu differenti, l-informazzjoni ta’ kuntatt għal kwalunkwe lment;
(b)
il-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz mogħti;
(c)
il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġu attivati s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal kwalunkwe ħlas rikorrenti jew relatat mal-konsum, fejn is-servizz huwa pprovdut għal ħlas dirett ta’ flus;
(d)
it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm;
(e)
kemm il-prodotti u s-servizzi huma maħsuba għal utenti finali b’diżabbiltajiet;
(f)
fejn jidħlu s-servizzi tal-aċċess għall-internet, sommarju tal-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120. Sal-21 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw mudell fil-qosor tal-kuntratt li għandu jintuża mill-fornituri biex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4). Il-fornituri soġġetti għall-obbligi taħt il-paragrafu 1 għandhom debitament jimlew dak il-mudell fil-qosor tal-kuntratt bl-informazzjoni meħtieġa u jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt mingħajr ħlas lill-konsumaturi, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkluż kuntratti mill-bogħod. Fejn, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, ikun impossibbli li jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt f’dak il-mument, dan għandu jiġi pprovdut mingħajr dewmien żejjed wara dan, u l-kuntratt għandu jsir effettiv meta l-konsumatur ikun ikkonferma l-qbil tiegħu wara li jkun irċieva s-sommarju tal-kuntratt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|