+Artikolu 102 Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall- kuntratti
---+Artikolu 102 1.
---+Artikolu 102 2.
---+Artikolu 102 3.
---+Artikolu 102 4.
---+Artikolu 102 5.
---+Artikolu 102 6.
---+Artikolu 102 7.

Artikolu 102 Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall- kuntratti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 102 1.

Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt jew b’xi offerta korrispondenti, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna, għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2011/83/UE, kif ukoll l-informazzjoni elenkata fl-Anness VIII ta’ din id-Direttiva sa fejn dik l-informazzjoni tkun relatata ma’ servizz li jipprovdu.

L-informazzjoni għandha tingħata b’mod ċar u li jinftiehem faċilment fuq mezz li jservi għal żmien twil kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE jew, meta ma jkunx fattibbli li jingħata fuq mezz li jservi għal żmien twil, fuq dokument li jista’ jitniżżel faċilment u magħmul disponibbli mill-fornitur. Il-fornitur għandu espressament jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għad-disponibbiltà ta’ dak id-dokument u l-importanza li jiġi downloaded għall-finijiet ta’ dokumentazzjoni, referenza futura u riproduzzjoni mhux mibdula.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, fuq talba, b’format aċċessibbli għal utenti finali b’diżabbiltà skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi.

Artikolu 102 2.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandha wkoll tkun ipprovduta lill-utenti finali li huma impriżi mikro jew żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw għal parti minn dawk id-dispożizzjonijiet jew għad-dispożizzjonijiet kollha.
Artikolu 102 3.

Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għajr is-servizzi tat-trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna għandhom jipprovdu lill-konsumaturi sommarju tal-kuntratt konċiż u li jinqara faċilment. Dak is-sommarju għandu jidentifika l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1. Dawk l-elementi ewlenin għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-fornitur u, jekk ikunu differenti, l-informazzjoni ta’ kuntatt għal kwalunkwe lment;

(b) 

il-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz mogħti;

(c) 

il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġu attivati s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal kwalunkwe ħlas rikorrenti jew relatat mal-konsum, fejn is-servizz huwa pprovdut għal ħlas dirett ta’ flus;

(d) 

it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm;

(e) 

kemm il-prodotti u s-servizzi huma maħsuba għal utenti finali b’diżabbiltajiet;

(f) 

fejn jidħlu s-servizzi tal-aċċess għall-internet, sommarju tal-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120.

Sal-21 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw mudell fil-qosor tal-kuntratt li għandu jintuża mill-fornituri biex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-paragrafu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Il-fornituri soġġetti għall-obbligi taħt il-paragrafu 1 għandhom debitament jimlew dak il-mudell fil-qosor tal-kuntratt bl-informazzjoni meħtieġa u jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt mingħajr ħlas lill-konsumaturi, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkluż kuntratti mill-bogħod. Fejn, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, ikun impossibbli li jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt f’dak il-mument, dan għandu jiġi pprovdut mingħajr dewmien żejjed wara dan, u l-kuntratt għandu jsir effettiv meta l-konsumatur ikun ikkonferma l-qbil tiegħu wara li jkun irċieva s-sommarju tal-kuntratt.

Artikolu 102 4.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha ssir parti integrali mill-kuntratt u m’għandhiex tiġi mibdula għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kontraenti.
Artikolu 102 5.
Fejn is-servizzi tal-aċċess għall-internet jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament jitħallsu abbażi tal-konsum bil-ħin jew bil-volum, il-fornituri tagħhom għandhom joffru l-faċilità lill-konsumaturi biex isegwu u jikkontrollaw l-użu ta’ kull wieħed minn dawk is-servizzi. Din il-faċilità għandha tinkludi aċċess għal informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum tas-servizzi inklużi fil-pjan tat-tariffa. B’mod partikolari, il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi qabel ma jintlaħaq kwalunkwe limitu ta’ konsum kif stabbilit minn awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluż fil-pjan tariffarju tagħhom u meta servizz inkluż fil-pjan tariffarju tagħhom ikun totalment ikkunsmat.
Artikolu 102 6.
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jeżiġu li l-fornituri jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-livell ta’ konsum u li jimpedixxu temporanjament l-użu ulterjuri tas-servizz rilevanti li jeċċedi limitu finanzjarju jew ta’ volum determinat mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 102 7.
L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet relatati ma’ aspetti mhux regolati minn dan l-Artikolu, b’mod partikolari sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet emerġenti ġodda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.